Barranin
Barmil żejt tilef bi 2%, id-deheb u l-fidda żdiedu kważi 1%

Muniti

Ir-rata tal-ewro mad-dollaru żammet mal-livelli familjarji llum, taħt id-$1.1900. Ir-rata tbaxxiet lejn id-$1.1841 u wara telgħet għal $1.1880 wara l-ħruġ ta’ statistika ħażina dwar l-impjiegi fl-Istati Uniti. Ir-rapport juri li s-settur privat ħoloq 330,000 impjieg ġdid, ferm agħar mis-695,000 imbassra.

Kmieni fil-jum, l-istitut Markit ippublika ċ-ċifri finali għas-settur tas-servizzi, li sofrew reviżjoni ‘l isfel fl-Unjoni Ewropea. L-indiċi Ġermaniz kien ikkonfermat fil-livell ta’ 61.8 waqt li dak tal-Unjoni Ewropea f’60.2. Barra dan, il-bejgħ bl-imnut matul Ġunju żdied b’1.5% minn xahar għal xahar ftit inqas minn dak mistenni, għalkemm iċ-ċifri għal sena kienu aħjar b’5%.

Indiċi

L-indiċijiet ewlenin fl-Istati Uniti fetħu f’territorju negattiv wara d-data diżappuntanti dwar is-suq tax-xogħol. L-DS&P 500 tilef 0.33%, id-Dow Jones kien qed jitlef 0.31% u n-Nasdaq kien qed jitlef 0.07%. Id-DAX kien l-aktar b’saħħtu wara nofsinhar. L-indiċi lokali żdied bi ftit.

Ishma

Fl-ishma lokali, il-Locus Holdings żdiedu kważi 60%, li wassal biex it-telf ta’ 12.50% fi Trident Estates tidher negliġibli. Il-GMIT żdiedu 3.31%. Il-Go u l-PG għalqu kważi 2% ogħla. Il-Harvest Technology għalqu f’territorju negattiv b’0.63%

Bonds

Kienet sessjoni xi ftit bilanċjata fis-settur tal-bonds lokali, imxaqilba lejn in-negattiv.

Il-Medserv żdiedu 1.79% waqt li Eden Finance u Cablenet Communications Systems żdiedu bi kważi 1%. It-tliet bonds li ġibdu l-aktar lejn in-negattiv kienu karatterizzati b’telf ta’ madwar 1 ½ fil-Hili Finance 2029 u fix-Shoreline, waqt li l-Mercury Projects Finance 2031tilfu ‘l fuq minn 3.33%.

Prodotti Essenzjali

Barmil żejt illum tilef aktar minn 2% fil-valur, waqt li d-deheb u l-fidda żdiedu kważi 1%.