Barranin, Lokali
Bidla pożittiva fir-rata tal-yen wara li d-dollaru Awstraljan waqa’ bi kważi 1%

Muniti Kontra l-Ewro

L-isterlina telgħet ftit wara li stħarriġ dwar is-settur tal-kostruzzjoni fir-Renju Unit wera li t-tkabbir naqqas xi ftit f’Ġunju u dan żied ma’ sinjali oħra li l-ekonomija jista’ jkun qed tbati biex taqbad ir-rittmu wara bidu kajman din is-sena.

In-nuqqas ta’ tibdil fir-rati ta’ imgħax mill-Bank Ċentrali Awstraljan iddomina s-swieq tal-muniti ewlenin illum u mbotta lid-dollaru Awstraljan kważi wieħed fil-mija ‘l isfel u dan wassal għal qabża pożittiva tal-yen wara seba’ ġimgħat ta’ livelli baxxi.

Indiċi

L-indiċi tal-Istati Uniti llum kienu magħluqa minħabba l-btala ta’ Jum l-Indipendenza.

L-istokks Ewropej kienu nnegozjati ‘l isfel illum wara test missilistiku mill-Korea ta’ Fuq ħasseb lill-investituri fl-Ażja u waqqa’ lis-swieq minħabba tħassib dwar tensjonijiet politiċi dejjem akbar fir-reġjun.

Il-FTSE 100 tar-Renju Unit kiseb madwar 0.04%, filwaqt li l-livelli madwar ir-reġjun wrew tnaqqis fil-qligħ hekk kif l-investituri kienu kawti minħabba l-iżviluppi fl-Ażja. L-indiċi tal-istokks lokali kiseb ftit aktar minn 1% f’sessjoni l-biċċa l-kbira pożittiva.

Ishma Lokali

RS2 Software, MIA u BOV kollha raw qligħ b’RS2 Software fuq quddiem bi qligħ qrib il-1.5%. Iż-żewġ ishma l-oħra raw qligħ qrib iż-0.25%. Fuq livell negattiv kien hemm Malita Investments u HSBC li t-tnejn tilfu anqas minn 1%.

Bonds

Illum kienet ġurnata pożittiva ħafna fis-suq tal-bonds fejn il-bond tal-BOV li jimmaturaw fl-2030 kellhom qligħ ta’ 1.31% segwiti mill-bonds tal-MIDI li jimmaturaw fl-2026. Kien hemm ukoll qligħ pożittiv għall-bonds ta’ Mediterranean Maritime, GAP, PenderGardens, Premier Capital u Eden Finance bonds.

Indikaturi ekonomiċi

Il-manifattura Kanadiża ħarġet b’riżultat kemmxejn agħar milli mbassar bil-kejl ta’ 54.7 meta mqabbel mal-kejl preċedenti ta’ 55.1.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet globali taż-żejt ma tantx raw tibdil mill-bieraħ u qed ikomplu xejra pożittiva matul din il-ġimgħa.

Id-deheb ogħla bl-investituri jżommu ‘l bogħod minn assi aktar riskjużi wara li l-Korea ta’ Fuq sparat missila li niżlet f’ibħra Ġappuniżi madankollu d-deheb baqa’ qrib l-anqas livell irreġistrat ilbieraħ f’seba’ ġimgħat.

TVM Daily Table (1)

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Din il-ġimgħa Id-dollaru tbaxxa lejn l-inqas livell fi tliet snin kontra basket ta’ muniti, u riesaq lejn l-akbar tnaqqis f’ġimgħa f’sentejn, hekk kif fatturi moderati jibbilanċjaw l-appoġġ li l-munita Amerikana…

Barranin

Id-dollaru llum waqa’ sew, u tbaxxa għall-inqas rata fi 15-il xahar kontra l-yen, hekk kif is-sentiment negattiv madwar id-dollaru kien akbar miż-żieda  fid-dħul tal-bonds tat-Teżor Amerikan għal 10 snin. Dan…

Barranin

Id-Dollaru tbaxxa għall-inqas rata fi 15-il xahar kontra l-yen għar-raba’ jum infila bl-investituri nervużi qabel ma joħorġu aktar tard iċ-ċifri dwar l-inflazzjoni fl-Istati Uniti fost irkupru fraġli fis-swieq finanzjarji. Id-dollaru,…

Barranin

Il-Yen Ġappuniż żdied għall-ogħla rata f’ħames xhur wara bejgħ qawwi tad-dollaru u spekulazzjoni li l-Bank of Japan dalwaqt jibda jnaqqas il-livell rekord tal-istimulu monetarju. Il-yen żdied b’1.5% kontra d-dollaru dan…

Aktar