Barranin
Biża’ li jieqaf it-tkabbir ekonomiku b’eku tal-epidemja SARS…

Muniti

L-ewro tilef 0.22% wara l-laqgħa mistennija tal-Bank Ċentrali Ewropew, waqt li l-yuan Ċiniż tbaxxa minħabba il-biża’ dwar it-tixrid tal-viarus. Ewro kien jiswa $1.1067.

Il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, Christine Lagarde tat sinjal li kull għażla tista’ tkun ikkunsidrata għall-approċċ tal-istituzzjoni biex tqajjem l-inflazzjoni hekk kif nediet l-ewwel evalwazzjoni tal-politika monetarja tal-Bank mill-2003. Lagarde qalet li l-konklużjonijiet tal-eżami għandhom ikunu kkomunikati qabel tmiem is-sena. Hija tenniet li hija ser tisma’ dak li jgħidu persuni ordinarji għalkemm differenti mill-approċċ tal-Federal Reserve tas-sena li għaddiet jiġifieri li l-“Fed Listens”.

Lagarde qalet li l-politika monetarja trid tibqa’ akkomodattiva ħafna u tenniet li l-gvernijiet li jistgħu jintroduċu stimulu fiskali għandhom ikunu mħejjija biex jagħmlu dan. L-isforzi tagħha biex il-Bank jiġi modernizzat jinkludu potenzjalment li tbiddel il-mira tal-inflazzjoni, l-istudju ta’ miżuri alternattivi għaż-żieda fil-prezzijiet u l-valutazzjoni tal-għodod tal-politika li jħaddem il-bank. Hija qed tibbenefika minn sinjali li tnaqqis fis-settur tal-manifattura donnu qed jintemm qabel ma jikkawża aktar ħsara lis-suq tax-xogħol u l-infiq mill-konsumatur.

Indiċi

L-ishma Ewropej tbaxxew u segwew il-bejgħ qawwi fis-swieq Asjatiċi għax l-investituri saru aktar imħassba dwar li faqqgħet il-coronavirus fiċ-Ċina.

L-ishma fl-Istati Uniti fetħu aktar baxxi llum minħabba ż-żieda fil-biża’ dwar il-virus li kkawża l-għeluq ta’ żewġt ibliet fiċ-Ċina, waqt li sensiela mħalta ta’ riżultati komplew mas-sentiment ħażin.

Ishma Lokali

Fl-ishma lokali, il-Bank of Valletta tilef 2.27%, l-HSBC Bank Malta tbaxxew b’0.93%, l-RS2 Software tilfu 2.63% u Simonds Farsons Cisk naqsu b’0.91%. Waqt li l-PG kien l-uniku sehem b’żieda ta’ 1.58%, Il-FIMBank u l-GO it-tnejn ma kellhom ebda movement minkejja in-negozju li sar.

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Hili Finance Company 2028 żdiedu b’ 0.29%, l-Izola Bank 2025 tbaxxew b’1.15%, l-International Hotel Investments 2023 żdiedu b’0.01%, il-MIDI 2026 ukoll tilfu 0.01% waqt li l-Mediterrean Maritime Hub Finance 2026 tilfu 0.49%. Il-Mercury Projects Finance 2031 żdiedu b’0.28% waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 0.05% fit-Together Gaming Solutions 2024/2026.

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew illum minħabba l-biża’ li t-tixrid tal-virus respiratorju fiċ-Ċina jista’ jnaqqas id-domanda għal fjuwil jekk jieqaf it-tkabbir ekonomiku b’eku tal-epidemja tas-SARS kważi 20 sena ilu.

Anke il-prezz tad-deheb tbaxxa hekk kif l-investituri biegħu biex jiksbu l-profitt wara ż-żidiet riċenti iżda żamm ‘il fuq mil-livell ta’ appoġġ tekniku ta’ $1,500 minħabba rati ta’ interessi baxxi u tnaqqis fis-sentiment ta’ riskju.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet għar-raba’ jum wara l-ieħor kontra d-Dollaru hekk kif is-saħħa tal-munita Amerikana u t-tħassib dwar il-bidu tat-taħditiet kummerċjali bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea warrbu min-nofs l-istatistika li…

Barranin

Muniti Id-dollaru żdied illum għall-ogħla rata fi kważi 3 snin kontra l-ewro, li kienet taħt pressjoni minn stħarriġ Ġermaniż li wera tnaqqis fil-fiduċja tal-investitur fl-ikbar ekonomija tal-Ewropa. L-ewro tbaxxa b’0.36%…

Barranin

Muniti L-ewro tħabat biex żamm qrib l-inqas rata fi tliet snin hekk kif l-investituri huma mħassba dwar it-tnaqqis fit-tkabbir fir-reġjun, waqt li l-isforzi Ċiniżi biex jillimitaw il-ħsara mill-coronavirus jidher li…

Barranin

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas rata f’erba’ snin u nofs kontra l-Frank Żvizzeru llum u l-yen issaħħaħ hekk kif l-investituri fittxew assi sikuri wara li l-provinċja ta’ Hubei fiċ-Ċina, l-epiċentru tal-coronavirus,…

Aktar