Lokali
BMIT Technologies bi profitt qabel it-taxxa ta’ €7 miljun

Matul is-sena li għaddiet il-kumpanija BMIT Technologies plc. għamlet qligħ qabel it-taxxa ta’ €7 miljun, li jammonta għal żieda ta’ 10% fuq l-2017. Dan tħabbar waqt l-ewwel Laqgħa Ġenerali Annwali tal-kumpanija minn wara li kienet ikkwotata fil-Borża ta’ Malta fi Frar li għadda.

L-Uffiċjal Kap tal-Finanzi Alexia Muscat qalet li BMIT Technologies iġġenerat dħul ta’ aktar minn €21 miljun, u b’hekk tirreġistra żieda ta’ 8% fuq id-dħul iġġenerat fl-2017. Id-dħul qabel it-taxxa (EBITDA) kiber b’ €0.7 miljuni għal €9.3 miljuni.

Meta kien qed jindirizza lill-azzjonisti fil-Hilton Malta, Nikhil Patil, iċ-Chairman ta’ BMIT Technologies plc., tkellem dwar l-istrateġija għat-tkabbir tal-kumpanija u t-triq sabiex minn organizzazzjoni privata saret kumpanija ikkwotata fil-Borża ta’ Malta b’valur ta’ €100 miljun. Is-sur Patil semma’ kif skont l-istrateġija tal-kumpanija, fl-2016 kien hemm investiment inizjali f’Kinetix IT Solutions Limited, u wara, fl-2018, dak l-investiment kien eventwalment ikkonsolidat bl-akkwist komplet tal-kumpanija.

Christian Sammut, CEO ta’ BMIT Technologies, tkellem dwar l-istadju avvanzat li fih jinsab il-proġett tad-Data Centre fiż-Żejtun, u kif dan jipprometti li jkun l-akbar faċilità mibnija apposta għal-ħażna tad-data f’Malta. Is-sur Sammut żied jgħid li d-Data Centre ġdid hu mfassal u qed jinbena skont standards internazzjonali stabbiliti, u qed jistennew li jkun iċċertifikat minn istituzzjoni internazzjonali ewlenija bħala Data Centre tal-Livell 3.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru ssoda llum, u waqqaf erbat ijiem ta’ telf, hekk kif tħassib ġdid dwar il-gwerra kummerċjali maċ-Ċina żamm is-sentiment ta’ riskju baxx u b’muniti marbuta mal-kummerċ bħad-dollaru Awstraljan taħt…

Barranin

Muniti Id-dollaru rkupra u kien riesaq lejn l-ogħla rata mill-2017 illum, waqt li l-ewro tbaxxa għall-inqas livell fi 28 xahar, fost ottimiżmu ta’ ftehim kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina….

Barranin

Muniti Il-frank Żvizzeru ssaħħaħ kontra l-muniti ewlenin sħabu u huwa fi triqtu lejn l-akbar żieda f’jum kontra d-dollaru Amerikan, f’xahar li fih il-Bank Ċentrali Żvizzeru ma segwiex lill-Bank Ċentrali Ewropew…

Barranin

Muniti Ir-rata tal-ewro kontra d-dollaru ma nbidlitx minn $1.1094, bi ftit li xejn statistika ekonomika skedata għal għada jew żviluppi li jixprunaw ċaqliq akbar. L-aħbarijiet pożittivi mill-Italja, fejn il-Movimento Cinque…

Aktar