Lokali
BNF Bank b’offerta ġdida ta’ self għax-xiri tad-dar

Il-Bank BNF qed iniedi offerta ġdida għal min se jixtri l-ewwel dar tiegħu jew se jbiddel il-propjetà fejn joqgħod.  Din l-offerta tinkludi self  għal xiri ta’ propjetà, bini, rikostruzzjoni jew alterazzjoni fil-propjetà li tkun qed tinxtara.

Fi stqarrija, il-Bank qal li parti minn din l-offerta tinkludi wkoll self għal xiri ta’ kċina, solar water heaters, air conditioners, u sistemi fotovoltajiċi li se jiġu nstallati fil-propjetà li tkun qed tinxtara.  Minbarra l-beneffiċji msemmija, il-Bank qed jgħid li l-klijenti jistgħu jieħdu self addizjonali biex tiffinanzja rekwiżiti personali.

Il-Head Business Development tal-BNF Bank Melvin Pellicano qal li l-Bank jifhem li d-deċizjoni  fuq xiri ta’ dar, hija mportanti ħafna u għalhekk il-klijenti se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn rata ta’ imgħax aħjar.  Iktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-fergħat kollha tal-BNF Bank f’Malta u Għawdex.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Il-muniti Ewropej tbaxxew hekk kif sinjali li t-tkabbir qed jidgħajjef jitfgħu dubju dwar l-abbiltà li l-banek ċentrali fir-reġjun jirtiraw mill-istimulu straordinarju. L-ewro tbaxxa għall-inqas rata f’xahrejn taħt $1.14, jum…

Barranin

Muniti Tħassib dwar il-pjani tal-baġit tal-Italja, evidenti minn żieda fid-dħul tal-bonds, kien wieħed mill-fatturi ewlenin li eżerċita pressjoni ‘l isfel fuq l-ewro. Jidher li l-investituri studjaw sewwa l-aħħar ottimiżmu mill-aġenzija…

Lokali

Biex tiċċelebra l-għaxar edizzjoni tal-kompetizzjoni Bols Around World Lucas Bols qed tistieden lit-timijiet li jaħdmu fil-bars biex jipparteċipaw fl-edizzjoni tal-2019. Għaliex, fl-aħħar mill-aħħar, wara l-cocktails eċċellenti dejjem issib tim sħiħ…

Aktar