Lokali
BNF Bank jaħtar żewġ Membri Eżekuttivi ġodda

BNF Bank plc iħabbar li ħatar lil Adrian Coppini bħala Chief Operating Officer u lil Maruska Buttiġieġ Gili bħala Chief Risk Officer tal-Bank.

Is-Sur Coppini kien ingħaqad ma’ BNF Bank plc, magħruf sa ftit żmien ilu bħala Banif Bank (Malta) plc, mat-twaqqif tiegħu, fejn mexxa d-Dipartiment tar-Riżorsi Umani u Servizzi Korporattivi. Hu kien responsabbli mir-riżorsi umani, propjeta’, servizzi amminstrattivi, marketing u kommunikazzjoni, u serva wkoll fil-Kumitat Eżekuttiv u l-Bord tal-Bank.

Tul il-karriera tiegħu, Adrian okkupa karigi għoljin fl-oqsma tal-avjazzjoni, elettronika u promozzjoni tal-investiment. Filfatt, huwa kien Kap Eżekuttiv għar-Riżorsi Umani u Servizzi Korporattivi ta’ Air Malta plc, Direttur Maniġerjali mal-Ero Electronic (Malta) Limited u Segretarju Eżekuttiv ta’ Malta Enterprise Limited, fost oħrajn. Bħalissa qed iservi wkoll fil-Bord tal-Gvernaturi tal-Fondazzjoni tal-Kulleġġ Sacred Heart, fejn jipressjedi l-Kumitat tal-Finanzi. Adrian għandu Degree fil-Business Management mill-Università ta’ Malta.

Anke Ms. Buttiġieġ Gili ingħaqdet ma’ BNF Bank plc fil-bidu tiegħu, fejn kienet responsabbli mil-Compliance u l-Awditjar Intern tal-Bank. Maruska okkupat ukoll l-irwol ta’ Money Laundering Reporting Officer u Compliance Officer. Wara ġiet maħtura bħala Kap tad-Dipartiment tal-Kontroll Intern, fejn kienet responsabbli mill-oqsma Legali u tal-Konformita’, Kontroll u Superviżjoni tar-Riskju u Credit Analysis.

Qabel ma ngħaqdet mal-Bank, Maruska ħadmet mal-Bank Ċentrali ta’ Malta għal iktar minn 12-il sena. F’dan il-perjodu, hi okkupat pożizjonijiet differenti fid-dipartimenti tar-Riżorsi Umani u tal-Istatistika Ekonomika tal-Bank. Barra minn hekk, irrappreżentat lill-Bank Ċentrali ta’ Malta f’diversi ‘working groups’ tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-istatistika.

Maruska ggradwat fis-Servizzi Finanzjarji (UMIST) u għandha Masters fl-Ekonomija mill-Universita ta’ Malta.
Maruska Buttiġieġ Gili u Adrian Coppini jingħaqdu ma’ Michael Collis, Kap Eżekuttiv u Direttur Maniġerjarli ta’ BNF Bank, bħala Membri fit-team maniġerjali u eżekuttiv tal-Bank.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru tbaxxa wara li l-ġimgħa li għaddiet laħaq l-ogħla rata f’ġimgħa f’xahar hekk kif l-investituri kabbru s-sentiment għall-ogħla livell mill-2017, għalkemm it-tħassib li l-irkupru ekonomiku jista’ qed imajna wassal…

Lokali

Lidl Malta, the country’s leading supermarket with eight outlets spread around the Maltese Islands, is celebrating its 10 year anniversary. To mark this milestone, the Company organised a number of…

Barranin

Muniti Id-dollaru llum tela’ għall-ogħla livell f’disat ijiem minħabba żieda fl-ishma u t-tħassib li l-pressjonijiet inflazzjonarji fl-Istati Uniti ser jiżdiedu, għalkemm it-tħassib dwar żieda fil-kunflitt kummerċjali illimita ż-żidiet. L-ewro ma…

Lokali

L-ewro stabbilizza wara t-telf qawwi tal-ġimgħa li għaddiet iżda t-theddida li qed tikber ta’ gwerra kummerċjali globali, tilwima fil-koalizzjoni Ġermaniża u Bank Ċentrali Ewropew aktar iebes fil-politika monetarja kollha tefgġħu…

Aktar