BNF Bank jestendi u jtejjeb l-offerta fuq il-Home Loan

BNF Bank estenda u tejjeb l-offerta tiegħu fuq il-Home Loan għal sitt xhur oħra, sa Ġunju 2019. L-offerta tikkonsisti f’rata ta’ imgħax fissa ta’ 2.25% fis-sena sa Ġunju 2020 u wara, rata ta’ imgħax varjabbli ta’ 2.99% fis-sena. Tul il-perjodu tal-offerta, il-Bank qed joffri wkoll rifużjoni tal-miżata fuq l-ipproċessar tas-self sa’ massimu ta’ €600, għal dawk li se jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom jew li se jbiddlu r-residenza primarja.

Jistgħu jgawdu minn din l-offerta dawk il-persuni li se jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom, dawk li se jbiddlu r-residenza primarja tagħhom u li se jixtru t-tieni proprjetà, sakemm din tintuża bħala residenza personali.

Is-self jista’ jintuża għal xiri, kostruzzjoni, rikostruzzjoni tibdil, titjib jew biex titlesta l-proprjetà. Kċejjen, pannelli fotovoltajiċi, sistemi ta’ arja kundizzjonata u solar water heaters huma kkunsidrati parti mix-xogħol biex titlesta d-dar. Mal-Home Loan, wieħed jista’ japplika wkoll għal Self Personali b’rati mnaqqsa, liema self jintuża għal bżonnijiet personali.

Il-Kap tal-Business Development ta’ BNF Bank Melvin Pellicano qal fi stqarrija li l-bank għandu l-pjaċir li bqajna ntejbu l-offerta diġà kompetittiva tagħna fuq il-Home Loan fi żmien fejn l-interess fix-xiri ta’ proprjetà hu għoli.  Żied jgħid li l-kultura Maltija li tkun sid  id-dar tiegħek għadha b’saħħitha, u nemmnu li qed noffru prodott mill-aqwa lil dawk li jixtiequ jinvestu fil-futur tal-familja tagħhom billi jixtru dar jew itejbu r-residenza tagħhom.

Is-Sur Pellicano spjega kif il-Home Loan tal-BNF, bħal prodotti kollha tagħna, hi flessibbli skont il-bżonnijiet individwali tal-klijent. Apparti minn hekk, il-mudell tagħna jagħti mportanza fuq kollox lill-klijent, permezz ta’ transazzjonijiet faċli u trasparenti, u servizz dħuli.

Għal aktar tagħrif fuq il BNF Bank Home Loan, żur l-eqreb fergħa, ċempel Customer Care fuq 2260 1000, jew ibgħat email lil [email protected]. Il-klijenti huma mħeġġa jagħmlu appuntament u jieħdu l-ID card, evidenza tad-dħul u renidkont ta’ kontijiet ma’ banek oħra. Aktar dettalji fuq il-Home Loan jinsabu fuq is-sit ta’ BNF Bank www.bnf.bank/home-loan-offer.

Artiklu bi ħlas.

Aħbarijiet Oħra

Uffiċjali għolja Ċiniżi u mill-Istati Uniti jinsabu maqbudin f’taħditiet dwar id-dettalji ta’ sett ta’ ftehimiet bil-għan li jtemmu t-tilwima kummerċjali bejniethom, ġimgħa biss qabel mal-Gvern Amerikan jimponi tariffi ogħla. Jekk…

Barranin

Muniti L-ewro żdied illum wara diversi stħarriġ wrew li l-attività tan-negozji sorprendentement kienet soda matul Frar, partikolarment fi Franza waqt li d-Dollaru Awstraljan tbaxxa wara li port Ċiniż ipprojbixxa l-importazzjoni…

Id-dollaru llum ħa pawsa hekk kif l-investituri qgħadu jsitennew il-ħruġ tal-minuti tal-laqgħa tal-politika monetarja, waqt li l-yuan Ċiniż żdied wara li l-Istati Uniti għamlu pressjoni fuq iċ-Ċina biex jevitaw dgħufija…

Barranin

Muniti L-Isterlina żammet ‘il fuq minn $1.29 llum wara li statistika dwar is-suq tax-xogħol wriet li t-tkabbir fil-paga tal-ħaddiema żamm l-istess pass mgħaġġel  fi tmiem l-2018, bl-investituri iffukati mal-ewwel fuq…

Aktar