Lokali
Ċans li tibni robot domestiku mal-GO

Kull min xtaq jibni robot domestiku jew joħloq sistema innovattiva ta’ awtomazzjoni tad-dar issa għandu l-opportunità li jbiddel l-idea f’realtà. Dan issa hu possibbli wara li GO ddeċidiet li tniedi inizjattiva ġdida bl-isem ‘Home of the Future’, li permezz tagħha se jingħataw sa €9,000 bħala fondi biex jintużaw għall-proġett.

L-ewwel fażi ta’ finanzjament għal proġetti ‘Home of the Future’ se tiffoka primarjament fuq l-użu tat-teknoloġija, apparat intelliġenti inklużi idejn robotiċi u robots, appoġġjati minn konnettività tal-fibre, ġewwa l-living room.

Kull individwu, jew grupp ta’ individwi sa massimu ta’ sitt parteċipanti, huma mistiedna biex jissottomettu l-idea tagħhom. L-ideat kollha se jkunu assessjati minn bord ta’ esperti li mbagħad jintervistaw lill-applikanti magħżula biex jiddeterminaw kemm il-proġett propost jista’ jitwettaq, kif ukoll il-kapaċità teknika tal-applikanti biex jibnuh.

B’kollox se jintgħażlu tliet proġetti, u kull wieħed se jingħata sa €3,000 f’fondi. L-applikanti li jirnexxu se jkollhom ukoll l-opportunità li jesebixxu l-ideat tagħhom fil-Malta Robotics Olympiad, li se ssir bejn l-20 u t-22 ta’ April 2018.

Daniela Bagnaschi, Senior Manager – Marketing ma’ GO, qalet “GO dejjem kienet fuq quddiem nett f’dik li hi konnettività. Mit-telegrafu sal-fibre tal-internet, minn dejjem offrejna lil Malta l-aqwa teknoloġija, biex ngħinu lin-nies u lin-negozji jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom.  Issa qegħdin fuq l-għatba tar-rivoluzzjoni li jmiss.

L-‘Internet of Things’ flimkien mal-Intelliġenza Artifiċjali se jwasslu għal livelli ġodda ta’ awtomazzjoni fil-ħajja tagħna. Sistemi, apparat u robots intelliġenti, fid-dar u fuq ix-xogħol, se jsiru realtà ta’ kuljum.  Permezz ta’ għadd ta’ inizjattivi, fosthom dan il-proġett ġdid ‘Home of the Future’, GO se tkompli tappoġġja lil Malta biex tikseb l-aħjar benefiċċji minn din ir-realtà l-ġdida.”

Id-dettalji kollha dwar l-iniżjattiva  ‘Home of the Future’, kif ukoll il-formoli tal-applikazzjoni, jistgħu jinkisbu billi wieħed jibgħat email lil [email protected]

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro żdied b’aktar minn 0.11% kontra d-dollaru għal $1.1330. Barra dan l-ewro wera żieda ta’ 0.48% kontra l-isterlina, 0.15% kontra l-yen u 0.02% kontra l-frank Żvizzeru. Il-munita unika tilfet…

Barranin

Muniti Id-dollaru llum kellu sessjoni mħallta bejn żidiet u telf qabel laħaq l-ogħla rata tal-ġurnata hekk kif l-aħbarijiet dwar l-Istati Uniti u ċ-Ċina kienu dominanti. L-isterlina tilfet minħabba tħassib li…

Barranin

Muniti Wara reazzjoni aktarx kiebja għall-aħħar aħbarijiet li l-Kummissjoni Ewropea illum ma aċċettatx l-aħħar proposti tal-baġit Taljan, kien hemm pressjoni minn bejgħ tad-dollaru fuq ir-rata mal-ewro, bir-rata titla’ għal $1.1400….

Barranin

Muniti L-isterlina waqgħet, l-ishma fl-Ewropa tbaxxew u l-prezzijiet bil-quddiem għall-ishma fl-Istati Uniti tilfu ż–żidiet li kellhom, hekk kif sensiela ta’ ministri Ingliżi rriżenjaw bi protesta għal ftehim tal-Prim Ministru Theresa…

Aktar