Ċaqliq fil-bonds tal-BOV

Bonds Lokali

Fis-suq tal-bonds, 10 bonds rreġistraw bidla fil-prezz, tlieta b’żieda u seba’ naqsu fil-prezz. L-ikbar telf kien fil-bonds tal-Bank of Valletta 2019, il-Corinthia Finance 2019 u l-Mediterranean Investments 2015. Min-naħa pożittiva l-aktar żieda kienet fil-Bank of Valletta 2018 waqt li żdiedu wkoll il-bonds tal-Bank of Valletta 2020.

Indikaturi Ekonomici

Is-sentiment ekonomiku Ġermaniż fi Frar tjieb għall-ogħla livell fi 12-il xahar.  Huwa żdied b’4.6 punti għal 53.0 minn 48.4 matul Jannar.

L-inflazzjoni fil-prezzijiet għall-konsumatur fir-Renju Unit tbaxxiet għal 0.3%  ix-xahar li għadda minn 0.5%.

 Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt għola qrib it-$62 dollaru kull barmil, sostnut minn theddid għall-provvisti mill-Lvant Nofsani u t-tamiet ta’ prezzijiet aktar baxxi jistgħu jħajru tnaqqis fil-produzzjoni Amerikana. Il-prezz tad-deheb tilef żieda tal-aħħar tliet ijiem b’telf ta’ aktar minn 1% għax l-investituri baqgħu kawti wara n-nuqqas ta’ ftehim dwar il-Greċja.

Bonds Prezz Bidla % Direzzjoni
4.8% Bank of Valletta  2018 105.520 0.50%
5.3% Mariner Finance  2024 109.000 0.44%
4.8% Bank of Valletta 2020 105.600 0.36%
7.5% Mediterranean Investments 2015 92.00 -1.08%
6.25% Corinthia Finance 2019 100.00 -1.72%
5.35% Bank of Valletta 2019 111.00 -2.63%
Pajjiz Indikatur Precedenti Attwali
Zona Ewro Sentiment ekonomiku 48.40 53.00
Renju Unit Inflazzjoni 0.5% 0.3%
Prodott  Prezz Bidla % Direzzjoni
Zejt (Brent) 61.14 -0.68
Zejt (NYM) 51.82 -1.82
Metalli Prezjuzi Prezz Bidla % Direzzjoni
Deheb ($) 1212.6 -1.56
Fidda ($) 16.44 -5.30
Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-ewro ddgħajjef, u riesaq lejn l-agħar ġimgħa minn kmieni f’Lulju, hekk kif kummenti moderati mill-membru tal-bord governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew, Olli Rahn żamm is-sentiment moderat. L-ewro tilef 0.10% kontra d-Dollaru…

Barranin

Muniti L-ewro tilef sa 0.30% kontra d-dollaru għall-inqas rata tal-ġurnata ta’ $1.1162, wara li l-President tas-Senat Taljan iltaqgħet mal-mexxejja tal-partiti biex jiddeċiedu dwar id-data tal-vot ta’ sfiduċja fil-gvern tal-Prim Ministru…

Barranin

Muniti L-ewro, li din is-sena diġà tbaxxa bi 2%, huwa mbassar li jkun żdied bi 3% fi 12-il xahar biex ikun negozjat f’€1.15. Analisti ilhom inaqqsu t-tbassir tagħhom dwar l-ewro…

Barranin

Muniti L-isterlina llum żdiedet xi ftit biex żammet ‘il fuq mill-inqas rati riċenti għalkemm baqgħet vulnerabbli għax l-investituri xorta huma mħassba li r-Renju Unit ser joħroġ mill-Unjoni Ewropea bla ftehim….

Aktar