Lokali
Ċelebrazzjoni Sajfija waqt l-APS Summer Festival fil-Valletta Waterfront

Din is-sena l-iljieli sajfin taħt sema mimli stilel fil-Port il-Kbir ħadu tifsira ġdida bl-APS Summer Festival: festa ta’ ċinema, mużika live li tolqot gosti differenti – minn dik klassika, rock u jazz; satira, żfin, poeżija u aktar f’ambjent miftuħ.

Sponsorjat mill-APS Bank u ko-produzzjoni tal-Valletta Cruise Port u l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, dan il-festival, li oriġinarjament kien ippjanat fuq 4 ġimgħat, ġie estiż b’4 ġimgħat oħra fuq talba ġenerali fejn issa se jibqa’ għaddej sa nofs Awwissu.

Il-Festival qed jiġi organizzat fuq il-mollijiet tal-Valletta Waterfront fl-isfond tal-fortifikazzjonijiet storiċi u l-ambjent majestuż tal-Port il-Kbir. L-APS Summer Festival hu l-ewwel avveniment pubbliku fuq skala pjuttost kbira li introduċa mill-ġdid avvenimenti kulturali lokalment wara numru ta’ xhur ta’ attività ristretta. Ta’ min isemmi wkoll li l-Festival jimxi mal-protokolli kollha tas-saħħa u s-sigurtà, b’format li jirrispetta d-distanza soċjali.

Id-dilettanti taċ-ċinema għandhom xalata ta’ films tistennihom. It-Tnejn filgħaxijiet huma ddedikati għal films drammatiċi bħal A Star is Born, Dirty Dancing u Phantom of the Opera, it-Tlieta hemm films klassiċi bħal Pulp Fiction u Grease, u films mużikali nhar ta’ Erbgħa li jinkludu titli popolari bħal Bohemian Rhapsody u Rocketman. Sadanittant il-Ħdud jiċċelebraw films miġbuda f’pajjiżna inkluż Simshar, Midnight Express,The Weeping House of Qala u The Boat, kif ukoll films qosra prodotti lokalment bħal The Eyes of the Artist, Kompliċi, Magdalene u Ambivalent.

Wara wirjiet minn xi wħud mill-aqwa artisti lokali inkluż Red Electrick, Nadine Axisa, Studio 18, u l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, issa jmiss lil The Comedy Knights, Alex Bezzina & Band, the Big Band Brothers, Ray Calleja flimkien Clare Ghigo, Michael Laus u l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali fost oħrajn.

Barra minn dan, kull min jippreżenta l-biljett tal-APS Summer Festival fi kwalunkwe stabiliment tal-Valletta Waterfront huwa intitolat għal skont ta’ 10% fuq il-kont, opportunità perfetta għal ikla ġenwina jew xarba tajba bħala parti mis-serata.

Żur https://bit.ly/apssummerfestival għall-Programm sħiħ u Biljetti.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro illum kien dgħajjef kontra l-muniti kollha, għalkemm huwa kellu xi żidiet kontra l-muniti Nordiċi. L-isterlina ssaħħet għall-ogħla rata f’ħames xhur kontra d-dollaru u riesqa lejn id-$1.32 wara li…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji miġbura minn BNF Bank: Muniti L-isterlina tbaxxiet u tilfet iż-żidiet bikrin wara li d-dollaru Amerikan żdied kontriha, waqt li l-biża’ tat-tieni mewġa ta’ coronavirus…

Barranin

Muniti L-ewro laħaq l-ogħla rata minn kmieni f’Marzu llum wara li l-Unjoni Ewropea laħqet ftehim għal stimulu massiċċ biex jitqajmu l-ekonomija milquta ħażin mill-pandemija. Il-ftehim – milħuq b’kompromess dwar tħassib…

Barranin

Muniti L-ewro llum qabeż l-ogħla livell fi 11-il ġimgħa biex riesaq lejn sebat ijiem ta’ żieda, u d-dollaru tilef kontra l-partit l-kbira tal-muniti hekk kif il-prospetti ta’ aktar stimulu u…

Aktar