Barranin
Christine Lagarde, il-President il-ġdid tal-Bank Ċentrali Ewropew

Christine Lagarde ħadet il-kariga ta’ President tal-Bank Ċentrali Ewropew illum, flok Mario Draghi.

Mexxejja politiċi rringrazzjaw lil Draghi talli pproteġa l-ewro matul il-kriżi finanzjarja globali u awguraw ukoll bidu tajjeb għal Lagarde bħala l-gwardjana ġdida tal-munita..

L-ewwel president mara tal-Bank ser tiret kważi ebda għodda mill-predeċessur tagħha – fi żmien meta inflazzjoni persistentament baxxa u tkabbir ekonomiku dgħajjef qed juru l-limitazzjoni ta’ politika monetarja.

Hija tiret ukoll sensiela ġdida ta’ stimulu monetarju, li l-ex President irnexxielu jikseb approvazzjoni għalih fl-aħħar ġimgħat, parzjament bit-tama li t-transizzjoni lejn it-tmexxija ta’ Lagarde tkun bla tfixkil.

Christine Lagarde mhix ser tbiddel dak kollu li għanel Draghi. Esperti jgħidu li l-akbar biċċa xogħol li qed tippressa  hija kif ser tgħaqqad id-differenza bejn il-gvernaturi tal-Bank Ċentrali Ewropea u li ż-żewġ naħat jitkellmu ma’ xulxin.

L-analisti mhumiex jistennew xi bidla imminenti fil-politika monetarja.

Aktar milli toqgħod fuq il-politika monetarja, Lagarde jidher li ser tappella lill-gvernijiet sabiex jużaw il-politika tagħhom biex jixprunaw l-ekonomija taż-żona tal-ewro, partikularment biż-żieda ta’ infieq fuq proġetti infrastrutturali vitali.

Il-President l-ġdida, li għandha 63 sena, mhijiex ekonomista u ser jkollha toqgħod fuq l-esperjenza teknika ta’ membri oħra tal-kunsill. Iżda hija magħrufa bħala politika li għandha konnessjonijiet tajbin li ġiet imfaħħra li rnexxielha tiggwida lill-Fond Monetarju Internazzjonali wara l-kriżi finajzarja.

Iżda l-ħiliet ta’ tmexxija ta’ Lagarde ser jiġu ttestjati mal-ewwel jum tal-kariga ta’ tmien snin.

Bħallikieku dan mhuwiex xogħol biżżejjed, Lagarde ftit tal-jiem ilu qalet li hija interessata ukoll dwar kwistjonijiet bħal inugwaljanza, poter lin-nisa fil-finanzi u l-impatt ekonomiku tat-tibdil fil-klima.  Iżda meta riċentament kienet mistoqsija jekk tagħmilx dak kollu li tista biex issalva l-ewro, hija ammettiet li l-Bank Ċentrali Ewropew m’għandux bakketta maġika u jew li hija xi fatata.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru rkupra xi telf tal-bidu hekk kif l-istatistika ekonomika dgħajfa u t-tħassib dwar jekk l-Istati Uniti u ċ-Ċina humiex ser jilħqu ftehim laqtu ħażin l-appell tad-dollaru bħala munita sigura….

Barranin

Muniti Id-dollaru ftit li xejn inbidel wara li l-President Trump f’diskors li għamel ma ta ebda dettalji ġodda dwar il-gwerra kummerċjali maċ-Ċina. Il-Frank Żvizzeru tela’ għall-ogħla rata f’xahar kontra l-ewro…

Barranin

Muniti Id-dollaru kien aktar b’saħħtu kontra l-yen u l-Frank Żvizzeru hekk kif l-investituri kienu aktar ottimisti qabel diskors tal-President Trump, li fih mistenni li jipposponi tariffi fuq il-karozzi Ewropej b’sitt…

Barranin

Id-dollaru żamm iż-żidiet tiegħu kontra l-yen u l-frank Żvizzeru llum hekk kif l-investituri xtraw assi aktar riskjużi wara l-aħbar li ċ-Ċina u l-Istati Uniti qablu li jirtiraw tariffi bħala parti…

Aktar