Barranin
Ċifri ottimisti miċ-Ċina jagħtu spinta lill-isterlina u d-dollaru Awstraljan

Muniti

Id-dollaru tbaxxa wara li miċ-Ċina ħarġet statistika ferm aħjar milli kien mistenni, li wriet stampa inqas kerha milli kien maħsub ta’ wara l-pandemija u tat spinta lill-isterlina u lid-dollaru Awstraljan.

L-esportazzjoni miċ-Ċina matul Marzu tbaxxiet b’6.6% fuq sena qabel, imqabbla ma’ tbassir ta’ 14%, waqt li l-importazzjoni tbaxxiet b’inqas minn 1% imqabbla mad-9.5% imbassra mill-ekonomisti.

L-imwiet ta’ kuljum fl-Istati Uniti wkoll tbaxxew sewwa, u l-istati bdew bil-pjani biex jiftħu l-ekonomiji tagħhom, u taw ċans lill-investituri li jabbandunaw is-sigurtà tad-dollaru u jmorru għal muniti aktar riskjużi.

Id-dollaru Awstraljan, li huwa sensittiv għad-domanda Ċiniża minħabba d-dipendenza tal-pajjiż fuq l-esportazzjoni tal-materja prima, żdied għal aktar mill-ogħla livell f’xahar ta’ 0.6432 kull dollaru Amerikan iżda imbagħad kien qed jiġi negozjat bla żieda għal 0.6382 dollaru Amerikan.

L-isterlina, li s-saħħa tagħha hija marbuta ma’ kif imur il-FTSE 100, li bosta mill-membri tiegħu jinnegozjaw bid-dollaru, żdiedet bl-istess kobor u laħqet id-$1.2575, l-ogħla mit-13 ta’ Matzu. L-ewro żdied b’0.56% għal $1.0969.

Indiċi

L-ishma Ewropej żdiedu illum t-Tlieta hekk kif statistika aħjar milli kien mistenni miċ-Ċina żiedet mas-serħan minn sinjali li l-lockdowns qawwija biex tkun kontrollata l-pandemija kienu qed jaħdmu.

Is-swieq finanzjarji fl-Istati Uniti fetħu b’żieda ta’ aktar minn 1% hekk kif l-istaġun tar-rapporti mill-kumpaniji fetaħ bir-rapport minnJP Morgan u Johnson & Johnson li taw l-ewwel ħjiel tal-impatt tal-pandemija fuq il-kumpaniji Amerikani.

Shares

Fl-ishma lokali, il-MIDI kellhom l-akbar telf ta’ 5.41%. Il-BMIT Technologies u l-PG kienu nnegozjati iżda bla movement. L-RS2 Software żdiedu b’0.52%, u l-Malta International Airport bi 3.33%, il-Go b’10% waqt lil-aħjar li marru kienu l-ishma tal-Bank of Valletta b’żieda ta’ 14.44%.

Bonds

Fis-settur tal-bonds lokali, l-Izola Bank 2025 tbaxxew bi 2.38%, il-Premier Capital 2026 tilfu 2.31% u l-Mediterranean Maritime Hub Finance 2026 naqsu b’1.03%. Il-Hili Properties 2025 żdiedu 1.02%, l-International Hotel Investments2025 avvanzaw b’1.04%, il-Bank of Valletta 2030 L-Ewwel Serje, l-Ewwel Ħruġ kienu pożittivi u żdiedu b’1.26% waqt li l-International Hotel Investments 2021 żdiedu bi 2.04%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt waqgħu sewwa llum jekk kif l-investituri ma humiex konvinti li tnaqqis rekord fil-provvista ser jibbilanċja malajr is-swieq milquta ħażin mill-pandemija tal-coronavirus.

L-Organizazzjoni tal-Pajjiżi Esportaturi taż-Żejt, l-OPEC, flimkien mar-Russja u pajjiżi oħra qablu biex inaqqsu l-produzzjoni b’9.7 miljun barmil kuljum f’Mejju u f’Ġunju, li jiġu madwar 10% tal-provvista globali qabel il-pandemija.

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu għall-ogħla livell f’aktar minn seba’ snin hekk kif tħassib dwar it-tkabbir ekonomiku globali u l-mewġa ta’ stimulu monetarju mill-banek ċentrali u gvernijiet żiedu s-sentiment favur id-deheb.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro llum laħaq l-ogħla rat fi 11-il ġimgħa hekk kif tilef id-dollaru, bl-investituri jżommu t-tamiet tagħhom għal rkupru ekonomiku globali. L-investituri qed jittamaw li l-banek ċentrali ser ikomplu jixtru…

Barranin

Muniti L-Isterlina llum telgħet għall-ogħla rata fi tliet ġimgħat kontra d-dollaru wara li r-Renju Unit illaxka l-miżuri tal-lockdown, iżda l-pożizzjoni li l-Isterlina ser titbaxxa hija l-akbar f’aktar minn ħames xhur…

Barranin

Muniti  L-ewro kien sod llum hekk kif l-investituri ddubitaw dwar kemm ser jitwettaq il-pjan tal-Unjoni Ewropew ta’ €750 Biljun biex issostni lill-ekonomija. Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret il-pjan ilbieraħ biex tappoġġa lill-ekonomiji…

Barranin

 L-ewro kien reisaq lejn l-ogħla rata f’xahrejn wara li l-Kummissjoni Ewropea pproponiet pakkett ta’ rkupru ekonomiku li jiswa €1.85 Triljun. L-ewro tħabat mindu waqa’ f’Marzu meta l-investituri marru għad-dollaru. Iżda…

Aktar