Barranin
Daqqa ta’ ħarta għall-ewro bil-kriżi fil-politika Taljana

Muniti

L-ewro tilef sa 0.30% kontra d-dollaru għall-inqas rata tal-ġurnata ta’ $1.1162, wara li l-President tas-Senat Taljan iltaqgħet mal-mexxejja tal-partiti biex jiddeċiedu dwar id-data tal-vot ta’ sfiduċja fil-gvern tal-Prim Ministru Giuseppe Conte. Wara, l-ewro tbaxxa 0.4%. Minħabba l-kwistjoni politika fl-Italja, id-dgħufija tal-ewro għenet iż-żieda fl-Isterlina. L-ewro tilef 0.57% għal 0.9258 pence.

L-ewro wkoll tbaxxa b’0.02% kontra d-Dollaru Kanadiż, 0.52% kontra l-Yen u 0.18% kontra l-Frank Żvizzeru. Il-munita unika żdiedet 0.48% kontra d-Dollaru Awstraljan.

Indiċi

Is-swieq finanzjarji Ewropej tbaxxew hekk kif il-protesti li qed jikbru f’Hong Kong sfurzaw l-għeluq tal-ajruport ta’ dan iċ-ċentru finanzjarju. Il-Boroż ta’ Londra, Frankfurt u Pariġi kollha tilef hekk kif xteredet l-aħbar tal-għeluq tal-ajruport.

Il-FTSE 100 tilef 0.34%; l-iSTOXX 50 tilef 0.41%, id-DAX 0.28% u l-CAC 40 b’0.42%.

Id-Dow Jones tbaxxa 0.79% mal-ftuħ u kien hemm żieda ta’ 0.70% fil-Borża ta’ Malta.

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew, milquta mill-impatt tat-tilwima kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina fuq id-domanda għaż-żejt u wara l-wegħda tal-Arabja Sawdija li tnaqqas il-produzzjoni, Il-Brent tilef 0.46% għal $58.26 u l-United States West Texas Intermediate b’0.55% għal $54.19.

Id-deheb żdied b’0.48% għal $1,504.10 u l-fisdda żdiedet b’0.02% għal $16.98.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-ewro ddgħajjef, u riesaq lejn l-agħar ġimgħa minn kmieni f’Lulju, hekk kif kummenti moderati mill-membru tal-bord governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew, Olli Rahn żamm is-sentiment moderat. L-ewro tilef 0.10% kontra d-Dollaru…

Barranin

Muniti L-ewro, li din is-sena diġà tbaxxa bi 2%, huwa mbassar li jkun żdied bi 3% fi 12-il xahar biex ikun negozjat f’€1.15. Analisti ilhom inaqqsu t-tbassir tagħhom dwar l-ewro…

Barranin

Muniti L-isterlina llum żdiedet xi ftit biex żammet ‘il fuq mill-inqas rati riċenti għalkemm baqgħet vulnerabbli għax l-investituri xorta huma mħassba li r-Renju Unit ser joħroġ mill-Unjoni Ewropea bla ftehim….

Barranin

Muniti Id-dollaru żamm qrib l-ogħla rata f’xahrejn illum qabel dak li jista’ jkun l-ewwel tnaqqis fir-rati tal-interessi mill-kriżi finanzjarja ‘l hawn, waqt li r-riskji dejjem jikbru dwar il-Brexit baxxew lill-isterlina…

Aktar