Barranin
Daqqa ta’ ħarta oħra għall-Ewro wara r-riżenja tal-ministru tal-intern Ġermaniż

Muniti

L-Ewro ħa daqqa ta’ ħarta llum wara li l-Kanċellier Ġermaniża Angela Merkel għandha problema għax il-ministru tal-intern tagħha offra r-riżenja minħabba tilwima dwar il-politika u l-kwistjoni tal-migrazzjoni li qed tikber.

Il-munita unika waqgħet 0.40% għal $1.1636 u sofriet it-tielet xahar konsekuttiv ta’ telf kontra d-Dollaru matul Ġunju. Waqt li l-ekonomisti jistennew ħsara ekonomika diretta mit-tariffi imposti sa ċertu punt ikkontrollata, talanqas għalissa, bosta jaraw l-irtirar tal-gloabalizzazzjoni ser ikollu riperkussjonijiet negattivi fis-snin li ġejjin, bit-tnaqqis fit-tbassir dwar it-tkabbir fit-tul tal-kumpaniji.

L-Ewro żdied 0.20% kontra l-Isterlina waqt li tilef 0.32% kontra l-Yen u 0.10% kontra l-Frank Żvizzeru.

Indiċi

L-ishma Ewropej fetħu aktar baxxi llum hekk kif t-tħassib dwar il-politiki kummerċjali tal-Istati Uniti u dwar il-Gvern ta’ koalizzjoni Ġermaniża tefgħu pressjoni fuq is-sentiment. L-istatistika ekonomika wkoll ma assiguratx lill-investituri bit-tkabbir fil-produzzjoni fiż-żona tal-Ewro jitbaxxa għall-inqas livell fi 18-il xahar matul Ġunju fost tħassib mifrux dwar it-tariffi kummerċjali ġodda.

L-iSTOXX 50 tilef 0.62% mifrux fuq il-boroż u setturi Ewropej. Il-FTSE 100, id-DAX u l-CAC 40 kienu kollha f’territorju negattiv bil-CAC 40 jsofril-–akbar tnaqqis ta’ 0.78%.

Id-Dow Jones fetaħ bi tnaqqis ta’ 0.11 waqt li l-Indiċi tal-Borża ta’ Malta żdied b’0.687%.

Ishma

Fil-Borża ta’ Malta, l-ishma ta’ FIMBank, Medserv, Malita Investments, il-MIDI u Simonds Farsons Cisk żdiedu b’aktar minn 2% bil-FIMBank jirreġistra żieda ta’ 6.93%.

Sadattant l-RS2 Software u l-GlobalCapital tilfu aktar minn 1.00% bil-Global Capital jonqsu bi 2.07%.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds, il-Bank of Valletta 2030 (it-Tieni Serje), l-iStivala Group Finance 2027, il-GlobalCapital 2021 u l-International Hotel Investments 2026 (It-tieni serje) wrew żieda ta’ 1.10%, 0.24%, 0.14% u 0.09% rispettivament. Sadattant l-International Hotel Investments 2026, il-Hudson Malta 2026 u l-International Hotel Investments 2025 tbaxxew b’0.01%, 0.35% u 1.26% rispettivament.

Il-prezzijiet taż-żejt waqgħu llum hekk kif żdiedet il-provvista mill-Arabja Sawdija u mir-Russja waqt li tbaxxa t-tkabbir ekonomiku fl-Asja fosthom minħabba t-tilwima kummerċjali li qed tikber mal-Istati Uniti.

Il-Brent tbaxxa b’0.94% għal $78.32 waqt il-U.S. light crude tilef 0.49% għal $73.79 kull barmil.

Il-prezz tad-deheb żdied b’0.32% waqt li dak tal-fidda b’1.35%.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Isterlina żammet ‘il fuq minn $1.29 llum wara li statistika dwar is-suq tax-xogħol wriet li t-tkabbir fil-paga tal-ħaddiema żamm l-istess pass mgħaġġel  fi tmiem l-2018, bl-investituri iffukati mal-ewwel fuq…

Barranin

Muniti li huma meqjusa bħala siguri bħal Yen żdiedu llum wara ċifri batuti dwar il-bejgħ bl-imnut fl-Istati Uniti u hekk kif is-swieq qed jittamaw li jkun hemm żviluppi fit-taħditiet kummerċjali…

Barranin

Muniti L-ewro tilef 0.19% kontra d-dollaru għal $1.1304 wara li kien laħaq l-ogħla rata tas-sessjoni ta’ $1.1342. Il-munita unika kellha pressjoni fuqha minn statistika dwar il-produzzjoni industrijali fiż-żona tal-ewro li…

Barranin

Muniti Id-dollaru huwa ogħla għas-sitt jum u għal ftit ħin laħaq l-ogħla rata f’xahar hekk kif t-tħassib dwar it-tkabbir fl-Ewropa qed ikollu effett ħażin fuq l-ewro. L-Isterlina kisbet lura t-telf…

Aktar