Barranin
Daqqa ta’ ħarta oħra għall-ishma Ewropej bl-attakk taċ-Ċina fuq il-Gvern Amerikan

Muniti

L-Ewro b’mod ġenerali baqa’ sod bir-rata ta’ $1.1185, iżda l-investituri baqgħu kawti dwar il-prospetti tal-munita unika għax l-istatistika dwar is-settur tal-manifattura fiż-żona tal-ewro ċkienet għar-raba xahar – f’dak ta’ Ġunju.

Il-Frank Żvizzeru llum laħaq l-ogħla rata fi kważi sentejn kontra l-Ewro hekk kif il-President Trump saħħaħ l-atteġjament tiegħu dwar il-kummerċ kontra pajjiżi oħra barra miċ-Ċina. Dan wassal lill-investituri sabiex jidħlu f’muniti meqjusa bħala siguri. Kontra l-Ewro, il-Frank Żvizzeru żdied b’aktar min-nofs perċentwal għal 1,110 franki kull ewro, l-ogħla minn Lulju 2017, qabel ma wera żieda ta’ 0.2% għall-ġurnata.

Indiċi

L-ishma Ewropej illum ħadu daqqa oħra hekk kif iċ-Ċina reġgħet attakkat lill-Gvern Amerikan dwar il-kummerċ u dan wassal għal biża’ ta’ riċessjoni, waqt li ftehim tal-kumpanija Ġermaniża li tagħmel iċ-chips għall-elettroniku, l-Infineon, biex xtrat lill-kumpanija simili Amerikana kellha effett fuq is-settur tat-teknoloġija.

L-indiċi Ewropew, STOXX 50, tilef 0.03% u kompla bit-telf ta’ nahr il-Ġimgħa li mmarka l-agħar prestazzjoni f’xahar din is-sena. Id-DAX, li huwa espost b’mod partikulari għar-riskji kummerċjali, tbaxxa b’0.12% għall-inqas livell f’xahrejn.

L-indiċi tal-ishma fl-Istati Uniti tbaxxa llum, sinjal li l-indiċijiet ewlenin ta’ Wall Street ser jestendi t-telf tax-xahar li għadda, hekk kif il-gwerra kummerċjali fuq diversi fronti wasslet għal tnaqqis fis-sentiment ta’ riskju tal-investituri u kabbret it-tħassib dwar riċessjoni.

Ishma

L-ishma lokali ftit li xejn kellhom żieda bi ftit moviment. L-RS2 Software tbaxxew bi 2.86% biex għalqu bil-prezz ta’ €1.36% waqt li l-Bank of Valletta żdiedu b’0.75% għal €.34.

Bonds

Il-bonds lokali wkoll kienu kwieti llum bi ftit li xejn moviment u sentiment imħallat. Il-Von der Heyden Group Finance 2024 tilfu 2.26% segwiti minn Mercury Projects Finance 2031 b’0.36% u l-International Hotel Investments 2026 (It-tieni ħruġ) b’0.33%.
F’territorju pożittiv kin hemm is-6PM Holdings 2025 b’żieda ta’ 0.25% u l-International Hotel Invesmtments 2025 b’żieda ta’ 0.17%.

Il-prezzijiet taż-żejt irkupraw mit-telf qawwi tal-ġimgħa li għaddiet wara assigurazzjonijiet oħra dwar il-produzzjoni mill-esportatur ewlieni l-Għarabja Sawdija, li hija meqjusa il-mexxej tal-Organizazzjoni tl-Pajjiżi Esportaturi taż-Żejt, l-OPEC. Hija indikat li l-grupp flimkien mar-Russja ser ikompli jieħu ħsieb il-produzzjoni biex ma jkunx hemm produzżzjoni żejd

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-Dollaru llum tilef kontra l-muniti rivali tiegħu u jinsab riesaq lejn l-akbar waqgħa f’jumejn f’sena wara li l-bank ċentrali wera li lest li jnaqqas ir-rati tal-interess anke sax-xahar id-dieħel….

Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet illum hekk kif qed jikber it-tħassib dwar l-elezzjoni għat-tmexxija tal-Partit Konservattiv li tista’ twassal għall-ħruġ diżordinat mill-Unjoni Ewropea. Boris Johnson, li jinsab quddiem nett biex jilħaq flok…

Barranin

Muniti L-isterlina llum estendiet it-telf tal-aħħar sitt ġimgħat, għalkemm f’xi ħin kienet qed tiġi nnegozjata għal 0.8926 kull ewro jew 0.25% inqas. It-tħassib kiber li r-Renju Unit riesaq lejn tluq…

Barranin

Muniti L-Isterlina llum tbaxxiet minħabba tħassib li qed jikber li l-ġlieda dwar it-tmexxija tal-Partit Konservaittiv tista’ twassal għal tluq diżordinat mill-Unjoni Eweropea. Boris Johnson, li jinsab fuq quddiem nett biex…

Aktar