Barranin
Din is-sena d-deheb żdied b’20% u l-fidda b’45%

Muniti

Id-dollaru qed itemm l-2020 f’territorju negattiv bl-investituri konvinti li rkupru ekonomiku globali ser jiġbed il-flus lejn assi riskjużi anke waqt li l-Istati Uniti ser ikollhom jissellfu aktar biex jiffinanzjaw id-defiċit kbir li dejjem jikber. L-ewro kien jiswa $1.2281, għax laħaq l-ogħla rata minn April 2018 b’żieda ta’ kważi 10% għal din is-sena. Ir-rati li mistenni jinrtlaħqu huma ta’ $1.2413 u $1.2476, fit-triq lejn l-ogħla rata tal-2018 ta’ $1.2555.

Id-dollaru kien jiswa 103.15 yen, iżda rnexxielu jibqa’ il fuq mill-inqas livell ta’ Diċembru ta’ 102.86 yen. L-Isterlina żdiedet 5% kontra d-Dollaru minnn Jannar għalkemm mill-inqas rata f’Marzu iż-żieda kienet ta kważi 20% kontra d-dollaru.

Indiċi

L-indiċijiet fl-Istati Uniti kienet ftit aktar baxxi illum. L-ishma Ewropej irtiraw għax l-investituri għalqu n-negozju li kellhom fl-aħħar jum tas-sena, waqt li aktar restrizzjonijiet minħabba l-koronavirus fir-Renju Unit u l-aħbar li l-Istati Uniti żiedu t-tariffi fuq xi prodotti mill-Unjoni Ewropea tappnu s-sentimenti.

Il-volumi tan-negozju kienu fqar, b’ħafna negozjanti kienu għal btajjel u l-boroż ewlenin fl-Ewropa kienu magħluqin. Il-Ġermanja u l-Italja kienu magħluqin kif kienet il-Borża ta’ Tokjo. Il-Borża ta’ Malta kienet magħluqa.

Ħarsa lejn l-ishma Amerikani li marru l-aħjar, hemm l-Apple ki żdiedu 80% din is-sena, iżda l-aħjar li marret kienet Tesla b’żieda ta’ 700%.

Prodotti Essenzjali

Is-swieq globali taż-żejt mhux raffinat tilfu madwar wieħed minn kull ħamsa tal-valur tagħhom matul l-2020 hekk kif restrizzjonijiet qawwija minħabba l-koronavirus ipparalizzaw il-parti l-kbira tal-ekonomija glonali, iżda il-prezzijiet irpiljaw mill-inqas livelli tagħhom hekk kif il-gvernijiet ħarġu l-istimulu finanzjarju. Il-Brent u l-West Texas Intermediate aktar milli irduppjaw mil-livelli baxxi għal deċennji matul April, u warrbu sena li fiha kien hemm l-ewwel prezzijiet negattivi għal West Texas li xxukjaw l-investituri madwar id-dinja.

Is-swieq globali tal-prodotti essenzjali mistennija li jagħlqu s-sena b’saħħithom, bid-domanda li qed tirkupra u pakketti ta’ stimulu kbar isaħħu l-prezzijiet wara d-daqqa mill-koronavirus. Il-ħruġ tal-vaċċin biex jikkumbattu l-virus u trilljuni ta’ dollari f’appoġġ fiskali mistennija li jixprunaw l-investiment u l-infiq matul l-2021.

Id-deheb wera żieda ta’ 20% din is-sena u l-fidda 45%.