Barranin
Diskorsu jtappan is-sentiment tal-investituri

Muniti

Id-dollaru ftit li xejn inbidel wara li l-President Trump f’diskors li għamel ma ta ebda dettalji ġodda dwar il-gwerra kummerċjali maċ-Ċina.

Il-Frank Żvizzeru tela’ għall-ogħla rata f’xahar kontra l-ewro hekk kif xi hedge funds biegħu l-ewro għax is-sentiment għal assi riskjużi tbaxxa minħabba l-inkwiet li qed jikber f’Hong Kong. Kontra l-ewro, il-frank żdied b’0.27% għal 1.0904 frank kull ewro, u b’hekk tela’ għall-ogħla rata mid-9 ta’ Ottubru meta kien żdied bl-istess marġni kontra d-dollaru.

Sadattant, id-dollaru ta’ New Zealand kien l-aħjar li mar u kellu l-akbar żieda f’jum f’sena wara li l-bank ċentrali ħasad lill-investituri meta ma żiedx ir-rati tal-interessi.

Indiċi

L-ishma Ewropej illum irtiraw mill-ogħla prezzijiet f’erba’ snin, għax id-diskors tant mistenni tal-President Trump ftit li xejn ta ħjiel dwar il-progress tat-taħditiet kummerċjali maċ-Ċina u hekk kif il-protesti kontra l-gvern f’Hong Kong komplew bis-saħħa u dan tappan is-sentiment tal-investituri.

L-ishma fl-Istati Uniti tilfu fil-ftuħ tan-negozju wara li Trump hedded li jżid “sostanzjalment” it-tariffi jekk iċ-Ċina ma tilħaqx ftehim mal-Istati Uniti u anke minħabba t-tensjoni tikber f’Hong Kong.

Il-prezzijiet taż-żejt waqgħu llum hekk kif naqsu l-prospetti ta’ ftehim bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, u dan laqat ħażin il-prospetti għall-ekonomija globali u d-domanda għaż-żejt.

Il-prezzijiet tad-deheb żdiedu llum minħabba nuqqas ta’ ċarezza dwar it-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, u dan żamm lis-swieq anzjużi dwar l-effett tal-gwerra kummerċjali fuq l-ekonomija dinjija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru llum issoda kontra muniti sensittivi għall-kummerċ għax reġa’ qam it-tħassib dwar it-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina hekk kif riesqa skadenza importanti, waqt li l-Isterlina issaħħet wara l-aħħar…

Barranin

Id-dollaru dieħla lejn l-agħar ġimgħa minn Ottubru minħabba nervożismu fin-negozju u ħjiel ta’ dgħufija fl-ekonomija Amerikana, bil-fatturi domestiċi li minnhom gawdew id-dollaru ta’ New Zealand u l-isterlina. Il-movimenti kienu baxxi…

Barranin

Muniti L-Isterlina żdiedet għall-ogħla rata f’sentejn u nofs kontra l-ewro, minħabba fiduċja li qed tikber li l-elezzjoni ser tagħti lill-Konservattivi l-maġġoranza li għandhom bżonn sabiex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea…

Barranin

Muniti L-isterlina llum qabżet ‘il fuq minn $1.31 għall-ewwel darba minn kmieni f’Mejju, mgħejuna minn aspettattiva li qed tikber li r-Renju Unit ser jiskansa elezzjoni bla riżultat. Il-munita bbenefikat ukoll…

Aktar