Barranin
Dollaru dgħajjef raħħas il-prezz tad-deheb

L-irkupru tad-Dollaru llum waqaf hekk kif id-dħul mill-bonds tat-Teżor tbaxxa wara żieda qawwija fil-munita minħabba t-tnaqqis tat-tensjoni kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

L-Isterlina ssaħħet kontra l-Ewro ġeneralment aktar b’saħħtu u kontra Dollaru dgħajjef wara li uffiċjal għoli tal-bank ċentrali wera ruħu fiduċjuż dwar il-prospetti għal żidiet futuri fir-rati tal-interessi.

Id-direttur tal-Bank of England, Gertjan Vlieghe qal lill-Kumitat dwar it-Teżor fil-Parlament Ingliż li r-rati huma mistennija jogħlew 25 sa 50 punt bażiku kull sena f’perjodu ta’ tliet snin, kumment interpretat mis-swieq bħala sostenn għall-munita Ingliża.

Id-Dollaru Kanadiż żdied kontra dak Amerikan, u kompla fuq l-irkupru tal-bieraħ hekk kif żdiedu l-prezzijiet taż-żejt u statistika domestika wriet żieda qawwija aktar milli kienet mistennija fil-kummerċ bl-ingrossa.

Id-Dollaru Awstraljan min-naħa tiegħu tela’ għall-għola livell tiegħu f’xahar, sostnut minn prezzijiet li qed jogħlew taż-żejt u atteġjament konċiljatorju bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina dwar il-kummerċ, waqt li d-Dollaru ta’ New Zealand ukoll temm ħames sessjonijiet ta’ tnaqqis.

L-indiċijiet illum kienu b’mod ġenerali pożittivi bl-aħjar imur id-DAX li żdied bi kważi 1%. L-indiċi tal-Ġappun u dak Malti tilfu madwar kwart ta’ punt perċentwali.

Kienet ġurnata attiva kemm fin-negozju tal-ishma kif ukoll tal-bonds lokali. L-ishma tal-MIDI żdiedu b’7% waqt li kien hemm żieda ta’ 4% fis-Santumas. L-RS2 Software tilfu 2.5% waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 4.5% fl-ishma tal-Fimbank.

Kien hemm attività qawwija fis-sessjoni tal-bonds b’quddiem nett id-Dizz Finance li żdiedu bi 3.5%. L-International Hotel Investments u l-Corinthia Finance żdied aktar minn 1%. Tnaqqis ta’ nofs punt perċentwali deher fil-Bank of Valletta u l-Von der Heyden Group.

Il-prezz tad-deheb inqala’ mill-inqas livell tal-2018 hekk kif tbaxxa d-Dollaru mill-ogħla rata f’ħames xhur, għalkemm is-sentiment favur ir-riskju fis-swieq finanzjarji illimitaw iż-żieda fid-deheb.

Id-Dollaru tilef il-momentum tiegħu wara rkupru xprunat minn dħul ogħla mill-bonds u l–prospett ta’ ftehim fit-tensjoni bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina. Dollaru aktar dgħajjef jagħmel lid-deheb irħas lil dawk li jinnegozjaw b’muniti barra d-Dollaru.

Il-prezz taż-żejt tela’ lejn it-$80 kull barmil, sostnut minn tħassib li l-produzzjoni li qed tonqos mill-Veneżwela u t-tnaqqis potenzjali mill-Iran jistgħu jkomplu jnaqqsu l-provvista.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Il-muniti llum kienu qed jiġu nnegozjati bejn tnaqqis ta’ 0.26% u żieda ta’ 0.15% b’ġurnata b’ebda aħbarijiet importanti. L-ewro tilef 0.26% kontra d-Dollaru Awstraljan bi prestazzjoni simili kontra l-Yen….

Barranin

Muniti Id-dollaru tbaxxa fin-negozju bikri fi New York hekk kif irritorna s-sentiment ta’ riskju wara l-ftehim dwar il-baġit fl-Italja, waqt li mewġa ta’ rapporti finanzjarji minn kumpaniji fl-Istati Uniti tidher…

Barranin

Id-Dollaru tbaxxa għall-inqas livell f’ġimagħtejn waqt in-negozju bikri llum fi New York qabel ma rkupra xi ftit; il-munita tilfet iż-żidiet ta’ nhar il-Ġimgħa fost ħjiel mill-President Trump dwar aktar tariffi…

Barranin

Id-dollaru Amerikan kien qed jiġi nnegozjat fl-inqas rata tiegħu dan ix-xahar kontra l-muniti ewlenin rivali hekk kif tnaqqis fid-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan u aktar telf f’Wall Street ċajpar is-sentiment. L-indiċi…

Aktar