Barranin
Draghi b’biċċa xogħol iebsa biex titrażżan l-ewro kontra d-dollaru

Muniti Kontra l-Ewro

L-ewro baqa’ qrib l-ogħla rata fi tliet snin kontra d-dollaru dgħajjef, hekk kif l-investituri kienu qed jivvalutaw jekk il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, Mario Draghi, hux ser jipprova jagħti ħjiel li huwa favur li titbaxxa l-munita unika miż-żieda riċenti.

Draghi wieġeb lill-ġurnalisti wara l-laqgħa dwar il-politika monetarja kontra sfond ta’ ewro li din is-sena diġà żdied aktar minn 3% kontra d-dollaru, wara żidiet ta’ aktar minn 10% is-sena li għaddiet. Hekk kif kien qed jitkellem, l-ewro laħaq id-$1.2536.

Il-Gvernatur tal-Bank of Canada, Stephen Poloz, qal li anke huwa ma jafx x’potenzjal hemm dwar aktar żieda fir-rati tal-interessi din is-sena, u tenna li huma jibqgħu dipendenti fuq l-istatistika u attenti għall-iżvilupp fit-taħditiet dwar in-NAFTA.

Huwa qal li dik hija mistoqsija li ma jafx iwieġeb. Hemm numru ta’ kwistjonijiet importanti li jisfurzawhom li ma jkunux mekkaniċi jew li jużaw ir-riga biex jippjanaw bil-quddiem. Poloz qal dan f’intervista mas-CNBC fil-Forum Ekonomiku Dinji f’Davos, l-Iżvizzera.

L-isterlina ssaħħet għall-ogħla livelli fuq bażi ta’ kummerċ minn wara r-referendum dwar l-UE fl-2016, hekk kif l-ottimiżmu dwar il-Brexit u l-ekonomija kompla jsaħħaħ lill-munita.

Indiċi

L-ishma Ewropew irkupraw it-telf ta’ kmieni u kważi ma kellhom ebda żieda hekk kif l-investituri kienu qed jistennew ir-reazzjoni tal-Bank Ċebntrali Ewropej għaż-żieda fl-ewro, li laqtet lill-ishma Ewropej fis-sessjoni ta’qabel. It-Topix li kien diġà għalaq qabel ma l-laqgħa tal-Bank Ċentrali Ewropew ħajret il-volatiltà, għalaq bi tnaqqis ta’ qrib il-1%. Id-Dow Jones fetah b’żieda ta’ 0.5% waqt li l-indiċi Malti żdied b’0.12%.

Ishma Lokali

L-RS2 Software żdiedu b’aktar minn 2% segwiti minn Grand Harbour Marina. F’territorju negattiv kien hemm il-Mapfre Middlesea u l-Maltapost li t-tnejn tilfu aktar minn 1%. Il-Plaza Centres u l-GO sofrew inqas telf.

Bonds Lokali
Fis-sessjoni tal-bonds, l-ikbar ċaqliq kien fl-International Hotel Investments 2024 b’żieda ta’ aktar minn 3.5%. L-Internationl Hotel Investments 2026 (it-tieni serje) u l-Mediterranean Investments Holdings 2020 tilfu qrib il-1%. L-Medserv tilfu 1.4%.

Indikaturi Ekonomiċi

Il-Bank Ċentrali Ewropew żamm il-politika monetarja ultra-laxka tiegħu iżda l-President Mario Draghi issa għandu quddiemu l-biċċa xogħol iebsa li jieħu ħsieb iż-żieda qawwija tal-ewro kontra d-dollaru li tagħmel il-ħsara. Anke hekk kif iż-żona tal-ewro miexja ‘l quddiem, munita qawwija thedded li ttappan l-inflazzjoni u tipperikola x-xogħol li sar matul snin ta’ stimulu bla prċedenti, u li probabbilment jisfurzaw lil Draghi li jnaqqas it-tamiet ta’ żieda fir-rati tal-interessi.

Il-biċċa xogħol tiegħu saret aktar delikata meta uffiċjali ewlenin mill-Istat6i Uniti appellaw għal dollaru iktar dgħajjef u li wassal lid-dollaru għall-inqas rata fi tliet snin kontra l-ewro u l-biża’ ta’ gwerra kummerċjali.

Prodotti Essenzjali

Id-dollaru waqa’ għall-inqas rata fi tliet snin wara li s-Segretarju tat-Teżor qal li jippreferixxi dollaru ikrar dgħajjef u b’hekk id-deheb sar irħas għal min jinvesti b’muniti oħra barra d-dollaru.

Il-prezzijiet tad-deheb telgħu biex jilħqu l-ogħla minn Awwissu 2016 minħabba dollaru dgħajjef biex jestendu ż-żieda fil-prezz ta’ 10% minn nofs Diċembru. Dollaru dgħajjef li jwassal għal żieda fil-prezzijiet fl-Istati Uniti u tikber id-domanda għad-deheb bħala garanzija kontra l-inflazzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru żdied wara li laħaq l-ogħla livell f’sena fost dgħufija fl-Ewro u l-Isterlina, hekk kif in-negozjati dwar Brexit huma weqfin u t-tħassib dwar it-tkabbir ekonomiku qajjem aktar dibattitu dwar il-projezzjonijiet…

Barranin

Id-Dollaru qed ikun negozjat biex jirkupra xi ftit fis-sessjoni Ewropea hekk kif is-swieq kienu qed jistennew id-deċiżjoni dwar ir-rata tal-interessi mill-Federal Reserve aktar tard. Illum kien id-Dollaru Awstraljan l-aktar b’saħħtu…

Barranin

Muniti Id-dollaru ddgħajjef wara li l-elezzjonijiet ta’ nofs il-leġiżlatura qasmu lill-Kungress u tappnu l-aspettativi għal stimulu fiskali addizzjonali, waqt li l-yen iddgħajjef kontra l-parti l-kbira tal-muniti rivali hekk kif żdied…

Barranin

Id-Dollaru Amerikan jinsab maqbud f’firxa kontra l-Ewro u l-maġġoranza tal-muniti ewlenin rivali llum hekk kif l-atmosfera tal-elezzjoni laqtet lis-swieq finanzjarji. L-investituri qed ikunu kawti hekk kif il-votanti fl-Istati Uniti qed…

Aktar