Barranin
Dubji dwar id-deċiżjoni ta’ Merkel li tibqa’ Kanċillier sal-2021

Angela Merkel ser titlaq minn kap tal-Partit Demokristjan fil-Ġermanja u mhix se toħroġ għall-kariga ta’ Kanċillier, wara li ħadet responsabbiltà personali għat-tnaqqis fl-appoġġ lill-koalizzjoni governattiva.

Wara kważi 13-il sena fil-poter, l-awtorità ta’ Merkel, li għandha 64 sena, naqset wara riżultat diżappuntanti fl-elezzjonijiet federali tas-sena li għaddiet. Damet sitt xhur biex tgħaqqad koalizzjoni li hija kkaratterizzata minn ġlied intern u sofriet telfiet fl-elezzjonijiet reġjonali tal-Bavarja u lbieraħ f’Hesse.

Din id-deċiżjoni ta’ malajr tfisser il-bidu tat-tmiem għall-kanċellier li wriet l-awtorità tagħha fl-Ewropa u lill hinn minnha bid-difiża tal-moderazzjoni u l-valuri liberali li kienu diversi drabi taħt attakk. Hekk kif qed tħejji biex titlaq, Jair Bolsonaro lest biex jieħu l-kariga fil-Brażil, l-aħħar minn sensiela ta’ nazzjonalisti li rebħu l-poter madwar id-dinja.

Waqt li Merkel insistiet li ser tibqa’ fil-kariġa sa tmiem il-leġiżlatura fl-2021, id-deċiżjoni qed tqajjem dubji dwar kemm verament tkun tista’ tagħmel dan fil-prattika.

L-Ewro tilef 0.10% kontra d-Dollaru għal $1.1381; b’0.09% kontra l-Isterlina; 0.13% kontra d-Dollaru Awstraljan u 0.18% kontra d-Dollaru Kanadiż. Il-munita unika żdiedet b’0.27% kotnra l-Yen u 0.08% kontra l-Frank Żvizzeru.

Indiċi

L-ishma fl-Istati Uniti żdiedu fost aħbarijiet ta’ xiri ta’ kumpaniji, hekk kif l-ishma maġġuri irkupraw it-telf wara xahar brutali ta’ bejgħ qawwi. Id-Dollaru avvanza kontra l-Ewro hekk kif l-inċertezza laqtet lill-Ġermanja, waqt tbaxxa l-prezz tal-bonds tat-Teżor Amerikan.

Il-FTSE 100 żdied b’1.97%; l-iSTOXX 50 tbaxxa b’0.93%; id-DAX żdied bi 2.11% waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 1.29% fil-CAC 40.

Id-Dow Jones fetaħ 1.06% ogħla waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 0.256% fl-Indiċi tal-Borża ta’ Malta.

Ishma

Fis-settur tal-ishma lokali, il-GlobalCapital, il-Medserv, l-International Hotel Investments, it-Trident Estates u l-GO tbaxxew b’aktar minn 1.40%; bil-GlobalCapital jitilfu l-aktar, 10.64% għal €0.252. L-HSBC Bank Malta  u l-Mapfre Middlesea żdiedu b’aktar minn 0.50%.

Bonds

Fil-bonds lokali, il-Premier Capital 2026 u l-Prendergardens Developments 2022 tilfu 1.51% u 0.90% rispettivament.

L-International Hotel Investments 2025, l-Exalco Finance 2028, l-International Hotel Investments 2026, in-1923 Investments 2024 u lVon der Heyden Group Finance 2024  żdiedu b’aktar minn 0.20%.

Iż-żejt Brent tilef 0.36% għal $77.18 kull barmil waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 0.52% fil-U.S. light Crude għal $67.22.

Il-prezz tad-deheb wera tnaqqis ta’ 0.22% għal $1,230.76 kull uqija waqt li l-fidda tilfet 0.40% għal $14.6933 kull uqija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti li huma meqjusa bħala siguri bħal Yen żdiedu llum wara ċifri batuti dwar il-bejgħ bl-imnut fl-Istati Uniti u hekk kif is-swieq qed jittamaw li jkun hemm żviluppi fit-taħditiet kummerċjali…

Barranin

Muniti L-ewro tilef 0.19% kontra d-dollaru għal $1.1304 wara li kien laħaq l-ogħla rata tas-sessjoni ta’ $1.1342. Il-munita unika kellha pressjoni fuqha minn statistika dwar il-produzzjoni industrijali fiż-żona tal-ewro li…

Barranin

Muniti Id-dollaru huwa ogħla għas-sitt jum u għal ftit ħin laħaq l-ogħla rata f’xahar hekk kif t-tħassib dwar it-tkabbir fl-Ewropa qed ikollu effett ħażin fuq l-ewro. L-Isterlina kisbet lura t-telf…

Barranin

L-istatistika Ġermaniża kompliet teħżien, u dan qed iqajjem tħassib dwar is-saħħa tal-ekonomija taż-żona tal-Ewro. L-ordnijiet mingħand il-fabbriki tbaxxew b’1.6%, wara tnaqqis ta’ 1.0% fl-istatistia preċedenti. It-tensjonijiet kummerċjali globali u dgħufija…

Aktar