Barranin
Ebda bidla fl-Isterlina wara li d-data għal Brexit ġiet estiża

Id-dollaru u l-ewro llum ftit li xejn inbidlu hekk kif il-Federal Reserve u l-Bank Ċentrali Ewropew taw ħjiel li kienu lesti jħallu r-rati ta’ interessi waħedhom fost tensjonijiet kummerċjali u tkabbir ekonomiku xejn tajjeb.

L-Isterlina ma kellha ebda bidla wara li l-mexxejja tal-Unjoni Ewropea estendew iż-żmien biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni, ħaġa li turi li xorta baqa’ biża’ dwar fejn sejjer il-Brexit. Is-swieq finanzjarji qed jistennew għal statistika ekonomika ewlenija miċ-Ċina: ċifri dwar il-kummerċ u l-prodott domestiku gross għall-ewwel kawrt tas-sena mistennija l-ġimgħa d-dieħla.

Il-Federal Reserve illum ħareġ il-minuti dwar il-laqgħa ta’ Marzu li fiha d-diretturi wrew sinjali li mhumiex ser jgħollu r-rati ta’ interess matul l-2019. Il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew Mario Draghi tenna r-riskju li hemm quddiem l-ekonomija taż-żona tal-ewro, u saħħaħ il-fehma li ser ikun hemm aktar stimulu biex jevita li r-reġjun jidħol f’riċessjoni. L-investituri huma ffukati dwar fejn sejra l-Isterlina wara dewmien ieħor ta Brexit.

Indiċi

L-ishma Ewropej tilfu llum hekk kif kummenti mill-banek ċentrali tal-Istati Uniti u tal-Ewropa kabbru t-tħassib dwar tnaqqis fit-tkabbir ekonomiku globali iżda żidiet qawwija minn LVMH xprunat l-ishma tal-prodotti ta’ lussu u żiedu l-prezzijiet tal-ishma fi Franza.

L-indiċijiet ewlenin ta’ Wall Street kienu resqin lejn ftuħ kajman, hekk kif l-investituri qed jistudjaw it-twissijiet minn banek ċentrali ewlenin dwar tnaqqis rekonomiku.

Ishma lokali

Fl-ishma lokali, l-International Hotel Investments żdiedu bi 2.82% segwiti minn Trident Estates u l-Bank of Valletta li t-tnejn żdiedu b’0.75%. L-HSBC Bank Malta wrew żieda ta’ 0.61%.

Bonds lokali

Fil-qasam tal-bonds lokali, SD Finance 2027 urew l-akbar avvanz ta’ 4.22%. L-uniku tnaqqis fil-prezz kien fil-Mercury Projects Finance 2027 bi tnaqqis ta’ 0.97%.

Commodities

L-OPEC għandha mnejn iżżid il-produzzjoni minn Lulju jekk il-provvisti mill-Veneżwela u l-Iran jitbaxxew aktar u l-prezzijiet ikomplu jogħlew, minħabba li estensjoni ta’ tnaqqis fil-produzzjoni mar-Russja u alleati oħrajn tista’ tissikka wisq is-suq.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-ewro ddgħajjef u riesaq lejn l-agħar ġimgħa minn kmieni f’Lulju, hekk kif kummenti moderati mill-membru tal-bord governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew, Olli Rahn żamm is-sentiment moderat. L-ewro tilef 0.10% kontra d-Dollaru…

Barranin

Muniti L-Isterlina żdiedet, iżda dubbji dwar l-abbilità tal-Prim Ministru Boris Johnson li jikkonvinċi lill-Franza li terġa’ tiftaħ in-negozjati dwar il-Brexit kienu mistennija jillimitaw xi żieda oħra. Iż-żieda tal-Isterlina kontra l-ewro…

Barranin

L-ewro ddgħajjef, u riesaq lejn l-agħar ġimgħa minn kmieni f’Lulju, hekk kif kummenti moderati mill-membru tal-bord governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew, Olli Rahn żamm is-sentiment moderat. L-ewro tilef 0.10% kontra d-Dollaru…

Barranin

Muniti L-ewro tilef sa 0.30% kontra d-dollaru għall-inqas rata tal-ġurnata ta’ $1.1162, wara li l-President tas-Senat Taljan iltaqgħet mal-mexxejja tal-partiti biex jiddeċiedu dwar id-data tal-vot ta’ sfiduċja fil-gvern tal-Prim Ministru…

Aktar