Ebda tkabbir fil-Prodott Domestiku Gross fiż-Żona Ewro fl-aħħar 4 xhur tal-2018

Ma kien hemm ebda tkabbir fil-Prodott Domestiku Gross taż-Żona tal-Ewro matul ir-raba’ kwart tal-2018. It-tkabbir ekonomiku fiż-żona tal-ewro kien biss 0.2% fir-raba’ kwart imqabbel mal-istess perjodu fl-2017. Din kienet l-istess rata ta’ tkabbir bħat-tielet kwart u kienet skont it-tbassir. Iċ-ċifra turi li t-tkabbir baqa’ imwaħħal mal-inqas rata tiegħu f’erba’ snin.

Sadattant fl-Italja, il-Prodott Domestiku Gross ċkien b’0.2% fir-raba’ kwart wara tnaqqis ta’ 0.1% fit-tielet kwart, u b’hekk l-Italja daħlet f’dik li tissejjaħ riċessjoni teknika.

L-Ewro tbaxxa bi ftit wara dawn iċ-ċifri iżda qed ikompli jkun xprunat prinċipalment minn avvenimenti fl-Istati Uniti u bin-negozjati dwar il-Brexit bejn r-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea. L-ewro tbaxxa kontra d-dollaru kif għamel kontra l-Isterlina, il-Yen u l-Frank Żvizzeru.

L-Ewro żdied b’0.12% kontra d-Dollaru u żdied b’0.03% kontra d-Dollaru Kanadiż. Sadattant il-munita unika tilfet 0.03% kontra l-Isterlina; 0.30% kontra d-Dollaru Awstraljan; 0.26% kontra l-Yen u 0.03% kontra l-Frank Żvizzeru.

Indiċi

Il-prezzijiet bil-quddiem tal-ishma fl-Istati Uniti u dawk fl-Ewropa ma kinux stabbli wara żidiet fin-negozju Asjatiku hekk kif l-investituri ħadu pawsa biex jistudjaw ir-rapporti finanzjarji minn kumpaniji u l-bidla fil-politika tal-Federal Reserve.

Il-FTSE 100 żdied b’0.47%; l-iSTOXX 50 tbaxxa b’0.32%; id-DAX tbaxxa b’0.10% waqt li kien hemm żieda ta’ 0.15% fil-CAC 40.

Id-Dow Jones fetah 0.64% ogħla waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 0.022 fl-indiċi tal-Borża ta’ Malta.

Ishma

Fil-qasam tal-ishma lokali kien hemm żidiet ta’ aktar minn 0.90% fil-Malita Investments, fil-Malta Properties u fil-Go biex għalqu bil-prezz ta’ €0.92, €0.53 u €4.24 rispettivament.

Sadattant kien hemm tnaqqis ta’ 0.68% fl-RS2 Software; ta’ 0.78% fil-Bank of Valletta; 0.78% fil-MaltaPost u 1.54 fil-Mapfre Middlesea.

Bonds

 Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-GAP Group 2023, il-Hili Finance Company 2028, l-International Hotel Investments 2026 u l-GlobalCapital 2021 żdiedu b’aktar minn 0.20% bil-GAP Group 2023 ikollu l-akbar żieda ta’ 0.95% għal €104.00.

Il-Bank of Valletta 2020,il-Von der Heyden Group Finance 2024 u l-Corinthia Finance 2019/22 tilfu aktar minn 0.90%.

Commodities

Iż-żejt Brent żdied b’0.49% għal $61.95 waqt li l-U.S.Light Crude  żdied b’0.09% għal $54.28.

Id-deheb wera żieda ta’ 0.31% għal $1,324.04 waqt li kien hemm żieda ta’ 0.24% fil-fidda għal $16.10.

Aħbarijiet Oħra

Uffiċjali għolja Ċiniżi u mill-Istati Uniti jinsabu maqbudin f’taħditiet dwar id-dettalji ta’ sett ta’ ftehimiet bil-għan li jtemmu t-tilwima kummerċjali bejniethom, ġimgħa biss qabel mal-Gvern Amerikan jimponi tariffi ogħla. Jekk…

Barranin

Muniti L-ewro żdied illum wara diversi stħarriġ wrew li l-attività tan-negozji sorprendentement kienet soda matul Frar, partikolarment fi Franza waqt li d-Dollaru Awstraljan tbaxxa wara li port Ċiniż ipprojbixxa l-importazzjoni…

Id-dollaru llum ħa pawsa hekk kif l-investituri qgħadu jsitennew il-ħruġ tal-minuti tal-laqgħa tal-politika monetarja, waqt li l-yuan Ċiniż żdied wara li l-Istati Uniti għamlu pressjoni fuq iċ-Ċina biex jevitaw dgħufija…

Barranin

Muniti L-Isterlina żammet ‘il fuq minn $1.29 llum wara li statistika dwar is-suq tax-xogħol wriet li t-tkabbir fil-paga tal-ħaddiema żamm l-istess pass mgħaġġel  fi tmiem l-2018, bl-investituri iffukati mal-ewwel fuq…

Aktar