Barranin
Evakwati 310 faċilità taż-żejt minħabba l-urugan fil-Golf tal-Messiku

Muniti

L-ewro kien negozjat negattivament kontra grupp ta’ muniti. Il-munita unika tilfet 0.20% kontra d-dollaru Amerikan, 0.08% kontra l-Isterlina u tilfet aktar minn 0.35% kontra d-dollari Awstraljani u Kanadiżi.

Id-dollaru Amerikan baqa’ qrib l-inqas rata f’gimgħa qabel diskors taċ-Ċerman tal-Federal Reserve Jerome Powell li kien mistenni li jagħti sinjal li l-bank ċentrali ser ibiddel il-politika monetarja biex jtella l-inflazzjoni. Mill-bidu tal-pandemija il-Federal Reserve espanda il-karta tal-bilanċ bi $3 triljun, aktar mill-Bank Ċentrali Ewropew u l-Bank of Japan.

Indiċi

Sentiment kawt infirex mas-suq tal-ishma Ewropej hekk kif investituri stennew il-prospetti taċ-Ċerman tal-Federal Reserve fuq il-politika monetarja.

L-ishma fl-Istati Uniti fetħu ogħla wara li ċ-Ċermen tal-Federal Reserve Jerome Powell ħabbar strategija aggressiva biex iwassal għal żieda fl-impjiegi u tella l-inflazzjoni lejn livelli aħjar.

Shares

Fil-qasam tal-ishma lokali, il-Mapfre Middlesea kien fuq quddiem tat-telf b’10%. Il-PG tilfu 7.03%, Il-GO  tbaxxew b’4.17% u l-RS2 Software b’ 0.87%. Simonds Farsons Cisk żdiedu b’0.68% u l-Lombard Bank Malta marru l-aħjar b’6.38%

Bonds

Fil-bonds lokali, Simonds Farsons Cisk 2027 tilfu 2.72%, l-AX Group 2029 It-Tieni Serje u l-Mediterranean Investments Holding 2023 it-tnejn tilfu negattivament b’1.48%. Il-Hili Finance Company  2028 tilfu 0.62%. In-1923 Investments  2024 avvanzaw 0.5%, l- International Hotel Investments  2026 żdiedu 0.74% u  l- Von der Heyden Group Finance 2024 avvanza b’1.50%.

Prodotti Essenzjali 

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew hekk kif urugan Massiv fil-Golf tal-Messiku laħaq il-qalba tal-industrija taż-żejt Amerikana u dan wassal rigs taż-żejt u raffineriji biex jagħalqu. Il-produtturi taż-żejt għalqu mal-1.56 miljun barmil kuljum jew 84% tal-produzzjoni fil-Golf. Ġew evakwati 310 faċilita offshore.

Id-deheb tbaxxa hekk kif l-investituri qed jeżaminaw mill-ġdid il-pożizzjonijiet tagħhom, ħadu il-profitti wara żieda ta’ aktar minn 1% fis-sessjoni ta’ qabel u antiċipaw stimulu gdid mill-Federal Reserve.

Aħbarijiet Oħra

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minnn BNF Bank. Muniti Id-dollaru Amerikan tbaxxa mill-ogħla rata tiegħu f’xahrejn għax tamiet ta’ stimulu ġdid naqqas it-tħassib…

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas livell hekk kif dejta ekonomika mill-Istati Uniti u tħassib dwar it-tieni mewġa tal-koronavirus tlaqqgħet ma’ dejta dgħajfa mill-Ewropa u żiedu l-valur tad-dollaru. Id-dollaru tela’ għal $1.1671…

Muniti L-Isterlina tbaxxiet kontra d-dollaru u l-ewro, wara li l-Bank of England qal li ngħata tagħrif kif tista’ tkun implimentata b’effett rata ta’ interessi negattiv jekk ikun hemm bżonn. Il-Bank…

Muniti Id-dollaru Amerikan tilef kontra l-muniti u kien kważi bla tibdil kontra l-ewro minħabba stennija li l-Federal Reserve seta’ jagħti ħjiel ta’ aktar azzjoni fil-politika monetarja, waqt li l-yuan Ċiniż…

Aktar