Barranin
Fl-aħħar jintlaħaq qbil bejn l-UE u l-Italja dwar il-budget tal-2019

L-Unjoni Ewropea u l-Italja fl-aħħar laħqu qbil dwar il-baġit tas-sena d-dieħla. Id-defiċit ġenerali ser jikber għal 2% tal-Prodott Domestiku Gross minn 1.9% din is-sena u l-iżbilanċ strutturali jespandi għal 1.3% minn 1.1% tal-Gross Domestiku Gross potenzjali.

Ir-rata tal-ewro kontra d-dollaru qed ikollha rkupru qawwi mill-inqas rata f’Novembru ta’ $1.1267. L-ewro żdied 0.17% għal $1.1465. Barra minn dan, l-ewro żdied ukoll b’0.04% kontra l-Isterlina; 0.03% kontra d-Dollaru Awstraljan; 0.06% kontra d-Dollaru Kanadiż’ 0.19% kontra l-Yen u 0.03% kontra l-Frank Żvizzeru.

It-tnaqqis madwar is-swieq finanzjarji kompla bl-ishma Ewropej jirtiraw fl-isfond ta’ aktar telf f’Wall Street bil-prezzijiet bil-quddiem tal-ishma Amerikan juru ftit sinjali ta’ rkupru.

L-ishma Ewropej b’mod ġenerali fetħu f’territorju negattiv. Il-FTSE 100 tbaxxa b’0.06%; l-iSTOXX 50 b’1.68%; id-DAX b’0.53% u l-CAC 40 b’1.78%.

Iż-żejt Brent żdied b’0.86% għal $54.79 u l-U.S. Light crude żdied b’0.92% għal $46.29.

Il-prezzijiet tad-deheb żdied b’0.10% għal $1,261.05 waqt li kien hemm żieda ta’ 0.06% fil-fidda għal $14.77.

Matul il-ġimgħa nistennew dawn l-aħbarijiet ekonomiċi u finanzjarji.

Nhar il-Ħamis jitħabbar il-kejl tal-fiduċja tal-konsumatur u l-bejgħ ta’ djar ġodda fl-Istati Uniti.

Il-Ġimgħa mill-Istati Uniti wkoll aktarx ikun hemm ix-xhieda taċ-Ċermen tal-Federal Reserve Powell u ċ-ċifri tax-xiri pendenti tad-djar u l-inventarji taż-żejt mhux maħdum.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-isterlina llum estendiet it-telf tal-aħħar sitt ġimgħat, għalkemm f’xi ħin kienet qed tiġi nnegozjata għal 0.8926 kull ewro jew 0.25% inqas. It-tħassib kiber li r-Renju Unit riesaq lejn tluq…

Barranin

Muniti L-Isterlina llum tbaxxiet minħabba tħassib li qed jikber li l-ġlieda dwar it-tmexxija tal-Partit Konservaittiv tista’ twassal għal tluq diżordinat mill-Unjoni Eweropea. Boris Johnson, li jinsab fuq quddiem nett biex…

Barranin

Muniti L-Isterlina tbiegħdet mill-inqas rati f’ħames xhur kontra l-Ewro wara li l-pagi fir-Renju Unit matul April żdiedu aktar milli kien mistenni. L-Isterlina dan l-aħħar kienet batuta hekk kif l-investituri qagħdu…

Barranin

Muniti Id-dollaru llum tħabat qrib l-inqas rata f’seba’ ġimgħat, minħabba li kulħadd qed jistenna li l-Federal Reserve ser inaqqas ir-rata tal-interessi bi tweġiba għar-riskji relatati mal-konflitti kummerċjali. L-indiċi tad-dollaru ma…

Aktar