Barranin
Fl-Ewropa: in-negozju jibqa’ kawt fost tħassib dwar id-dejn Taljan u l-kummerċ internazzjonali

Muniti

L-Ewro żdied għall-ogħla livell f’10 ijiem wara li uffiċjali qalu li l-Bank Ċentrali Ewropew jista’ jwaqqaf il-programm ta’ stimulu tiegħu sa tmiem 2018 u li l-inflazzjoni kienet qed tiżdied sal-mira tal-Bank.

Wara li qajjem mill-ġdid it-tkabbir bix-xiri bla preċedent ta’ 2.55 Triljun ewro ta’ bonds tal-gvernijiet, il-Bank Ċentrali Ewropew ilu jiddibatti dwar jekk itemmx ix-xiri din is-sena hekk kif it-tħeddida ta’ deflazzjoni għaddiet u ż-żona  miexja fuq l-aħjar perjodu ta’ tkabbir f’10 snin.

Bosta investituri stennew li l-bank ċentrali Ewropew ser jibqa’ kawt fil-laqgħa dwar il-politika monetarja tal-14 ta’ Ġunju minħabba l-inċertezza kkawżata mill-kriżi politika fl-Italja. Iżda l-ekonomista ewlieni tal-Bank, Peter Praet, qal li l-bank ċentrali l-ġimgħa d-dieħla ser jiddibatti jekk jibdiex inaqqas bil-mod l-iskema.

Il-kap tal-bank ċentrali Ġermaniż qal li l-istennija mis-swieq li l-iskema tintemm din is-sena kienet plawsibbli. Il-kummenti wasslu għal żieda fl-ewro ta’ 0.44% kontra d-Dollaru Amerikan b’żieda anke kontra l-Frank Żvizzeru. Il-munita unika wriet żieda ta’ 0.18% kontra l-Isterlina għax jidhru riskji kbar fuq l-orizzont tal-munita Ingliża.

Indiċi

L-ishma Ewropej illum żdiedu, mgħejjuna minn żidiet fl-ishma tat-teknoloġija u dawk relatati mal-prodotti essenzjali, għalkemm in-negozju kien kawt fost tħassib dwar id-dejn Taljan u l-kummerċ internazzjonali.

L-iSTOXX 50 żdied b’0.17%, id-DAX b’0.42%  waqt li kien hemm żieda ta’ 0.39% fil-FTSE 100. Id-Dow Jones kien mistenni jiftaħ xi ftit negattiv.

Iż-żejt Brent tilef 0.15% fil-prezz waqt li l-prezz tad-deheb wera żieda ta’ 0.06%, dak tal-fidda kellu żieda ta’ 0.56%.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Muniti L-isterlina baqgħet qrib l-inqas rata fi 13-il xahar, hekk kif l-investituri saħħew il-fehma li d-dollaru ser ikompli jissaħħaħ u minħabba l-inċertezza dwar jekk ir-Renju Unit hux ser jikseb ftehim…

Barranin

Muniti L-Ewro tbaxxa għall-inqas rata fi 13-il xahar, il-muniti tas-swieq emerġenti komplew jitilfu u l-Yen tela’ għall-ogħla rata f’sitt ġimgħat għax il-waqgħa fil-valur tal-lira Torka wasslet biex l-investituri jfittxu muniti…

Lokali

Id-dollaru żdied għall-ogħla livell fi 13-il xahar kontra grupp ta’ muniti u kien hemm ukoll żieda tajba fir-rata tal-yen, bis-sentiment tal-investituri għar-riskju jonqos fost tensjonijiet globali kummerċjali li qed jiżdiedu…

Barranin

Muniti Id-Dollaru żdied kontra l-parti l-kbira tal-muniti ewlenin hekk kif l-investituri huma tal-fehma li d-diskors dwar il-gwerra kummerċjali u l-ekonomija soda tal-Istati Uniti ser ikomplu jgħinu lill-munita. It-tensjonijiet kummerċjali qed…

Aktar