Fl-isfond tal-elezzjoni għall-PM Ingliż tkompli tidgħajjef l-Isterlina

L-Isterlina reġgħet resqet lejn l-inqas rata f’ħames xhur illum wara li dak li jinsab quddiem fl-elezzjoni għall-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson, reġa’ qal li huwa lest li joħroġ lill-pajjiżu mill-Unjoni Ewropew bi ftehim jew mingħajr ftehim. Id-dollaru għola llum hekk kif naqsu l-aspettattivi ta’ qtugħ aggressiv fir-rati tal-interessi wara kummenti aktar meqjusa minn uffiċjali tal-Federal Reserve.

Indiċi

L-ishma Ewropej waqgħu għar-raba’ sessjoni infila wara li naqset l-aspettattiva ta’ tnaqqis qawwi fir-rati tal-intreressi fl-Istati Uniti wara l-kummenti tal-uffiċjali tal-Federal Reserve.

L-ishma fl-Istati Uniti fetħu ogħla hekk kif il-prodottur taċ-chips tat-teknoloġija Micron Technoloġies kellu riżultati tajbin u dan għolla l-prezz tal-ishma tat-teknoloġija waqt li l-kummenti tas-Segretarju tat-Teżor Steven Mnuchin qajmu ottimiżmu ta’ ftehim kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina. Id-Dow Jones żdied b’0.19%.

Ishma

Fl-ishma lokali, il-BMIT Technologies żiedu b’0.94% u l-HSBC Bank b’0.62%. BMIT Technologies plc went up by 0.94% and HSBC Bank Malta plc 0.62%.
Simonds Farsons Cisk tilfu 3.85%; il-FIMBank bi 3.28%, l-International Hotel Investments bi 3.37%, l-RS2 Software b’1.34% u Trident Estates bi ftit.

Bonds

Fil-qasam tal-bonds lokali, Premier Capital 2026 żdiedu bi 2.92% segwiti mill-International Hotel Investments 2026 bi 2.90%. Il-Grand Harbour Marina 2027 kellhom avvanz ta’ 1.96%, l-Eden Finance 2027 b’1.89%. L-International Hotel Investments 2021 kienu l-bonds li l-aktar li tbaxxew, b’4.23%.

Il-prezzijiet taż-żejt għolew llum, mgħejjuna minn waqfa f’raffinerija ewlenija fl-Istati Uniti u statistika tal-industrija li turi li l-ħażniet taż-żejt mhux raffinant fl-Istati Uniti tbaxxew aktar milli kien maħsub.

Aħbarijiet Oħra

L-Isterlina kienet qed tiġi nnegozjata qrib l-ogħla rata f’ħames xhur kontra d-dollaru u kontra l-ewro wara li l-Prim Ministru Boris Johnson u l-mexxejja tal-Unjoni Ewropea qablu dwar ftehim ġdid dwar…

Barranin

Muniti L-ewro tela’ għall-ogħla livell kontra d-dollaru fi kważi xahrejn wara li l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit laħqu ftehim dwar il-ħruġ mill-Unjoni. Għalkemm il-ftehim għad irid jiġi rratifikat mill-Parlament Ingliż,…

Id-dollaru baqa’ qrib l–inqas livell f’erba’ ġimgħat llum hekk kif it-tensjoni kummerċjali bejn Washingtion u Beijing kompliet tagħfas il-prospett ta’ tkabbir globali. L-akbar telf tal-munita Amerikana kien kontra l-yen Ġappuiniż,…

Barranin

Muniti Id-dollaru żdied għat-tieni jum infila llum hekk kif l-ottimiżmu li qed jonqos dwar l-aħħar żviluppi fit-taħditiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina wassal lill-investituri biex jixtru d-dollaru wara bejgħ…

Aktar