Barranin
Fl-Italja tiżdied id-domanda għas-servizzi u jmajnaw is-setturi tal-manifattura u l-esportazzjoni

Muniti

L-ewro illum tilef 0.10% kontra d-dollaru għal $1.1426, bl-inqas rata tal-jum ta’ $1.1412. Waqgħa fis-setturi tal-manifattura u l-esportazzjoni fl-Italja nfirxet lejn is-settur tas-servizzi fil-bidu tas-sena; L-istatistika dwar ix-xiri mill-fabbriki taż-żona tal-ewro kienu aħjar mill-estmi waqt li l-Ġermanja kienet qrib it-tbassir. L-ewro tilef 0.35% kontra d-Dollaru Awstraljan; 0.09% kontra d-Dollaru Kanadiż u 0.05% kontra l-Yen.

Sadattant l-Isterlina tilfet iż-żidiet hekk kif is-settur dominanti tas-servizzi tbaxxa għall-inqas livell f’sentejn u nofs matul Jannar. L-ewro żdied 0.08% kontra l-Isterlina u 0.26% kontra l-Frank Żvizzeru.

Indiċi

Il-prezzijiet bil-quddiem tal-ishma fl-Istati Uniti avvanzaw, wara rkupru fl-Ewropa.

Il-FTSE 100 żdied b’1.42%; l-iSTOXX 50 b’0.88%; id-DAX b’1.08% u l-CAC 40 b’0.99%.

Id-Dow Jones żdied 0.50% mal-ftuħ waqt li l-Indiċi tal-Borża ta’ Malta żdied b’0.045%.

Ishma

Fil-qasam tal-ishma lokali, l-International Hotel Investments, il-MaltaPost u l-GO wrew żieda ta’ aktar minn 0.40% bl-International Hotel Investments juru l-akbar żieda ta’ 3.33% u għalqu bil-prezz ta’ €0.62.

Sadattant il-Medserv tilfu 1.79%; Simonds Farsons Cisk 3.03% u t-Trident Estates 3.68%.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds, il-Hili Properties 2025 żdiedu b’0.96% għal €105.00 u l-Von der Heyden Group Finance 2024 żdiedu b’0.58% għal €102.99.

Il-prezz taż-żejt iċaqlaq l-hawn u l-hinn hekk kif ix-xerrejja studjaw it-tnaqqis fil-produzzjoni mill-OPEC u l-isħab tagħha kontra l-aspettattiva ta’ żieda fl-inventarji taż-żejt mhux maħdum fl-Istati Uniti.

Il-Brent naqas b’0.37% għal $62.26 u l-U.S.Light crude tilef 0.31% għal $54.38.

Il-prezz tad-deheb żdied b’0.15% għal $1,314.24 waqt li dak tal-fidda tilef 0.15% għal $15.85.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-dollaru ssoda llum iżda xorta kien fuq id-difiża wara li uffiċjali tal-Federal Reserve saħħew l-aspettattiva ta’ tnaqqis aggressiv fir-rati tal-interessi dan ix-xahar biex jindirizzaw il-pressjonijiet dgħajfa mill-prezzijiet. F’konferenza tal-bank ċentrali,…

Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet għal inqas minn $1.24 illum, livelli li qatt ma kienet fihom għal aktar minn sentejn, hekk kif l-investituri komplew jistudjaw ir-riskji li qed jikbru li r-Renju Unit…

Barranin

Muniti L-ewro llum baqa’ fil-firxa riċenti ta’ negozju kontra d-dollaru, bil-progress tiegħu limitat mill-aspettattiva dwar pożizzjoni mhux aggressiva tal-bank Ċentrali Ewropew il-ġimgħa d-dieħla u wara li l-investituri saru inqas aggressivi…

Barranin

L-ewro kien ftit aktar b’saħħtu fil-livell ta’ $1.1264 iżda ftit inqas mill-$1.1285 li laħaq nhar il-Ħamis qabel ma ħarġet id-dejta dwar l-inflazzjoni fl-Istati Uniti. Id-dollaru kien b’saħħtu l-Ġimgħa wara li…

Aktar