Barranin
F’Novembru, Diċembru u Jannar il-volum ta’ bejgħ bl-imnut tbaxxa b’4.9%

Il-bejgħ bl-imnut fir-Renju Unit tbaxxa bi 8.2% matul Jannar kontra t-tnaqqis mistenni ta’ 2.5% u ż-żieda ta’ 0.3% fix-xahar preċedenti. Il-volumi ta’ bejgħ bl-imnut kienu 5.5% inqas mill-pandemija indikazzjoni li l-impatt tar-restrizzjonijiet fuq is-settur tal-bejgħ bl-imnut ma kienx kbir daqs dak ta’ April 2020 matul l-ewwel xahar sħiħ ta’ restrizzjonijiet fuq il-bejgħ bl-imnut meta l-bejgħ tbaxxa bi 22.2% imqabbel mal-livell ta’ qabel il-pandemija.

Fit-tliet xhur li għalqu f’Jannar 2021, il-volum ta’ bejgħ bl-imnut tbaxxa b’4.9% meta mqabbel mat-tliet xhur ta’ qabel, bi tnaqqis qawwi fil-ħwienet tal-ħwejjeġ u l-fjuwil tal-karozzi. Il-proporzjoni minn fuq l-internet żdied b’35.2% matul Jannar 2021, l-ogħla li qatt kien; imqabbel mad-29.6% f’Diċembru li għadda u mad-19.5% ta’ Jannar 2020. It-tipi kollha ta’ ħwienet irrapportaw żieda fil-proporzjon tagħhom ta’ bejgħ bl-internet f’Jannar li għadda mqabbel ma’ Diċembru 2020; bil-ħwienet tal-ikel jilħqu l-ogħla livell storiku ta’ 12.2% tal-bejgħ bl-interent.

L-ishma fl-Asja baqgħu batuti wara li laħqu l-ogħla livell rekord kmieni llum. Għalkemm il-movimenti fis-swieq finanzjarji dan l-aħħar kienu baxxi, il-biża’ ta’ tnaqqis fil-likwidità minħabba ż-żieda fid-dħul tal-Bonds tat-Teżor Amerikan u dak Ġappuniż, qed jisfidaw is-sentiment. Fin-naħa negattiva hemm ukoll is-sejba ta’ varjant ġdid tal-Covid-19 kif ukoll l-effett ta’ ċifri dwar il-qgħad ħżiena fl-Istati Uniti.

Il-prezzijiet taż-żejt West Texas Intermediate komplew jinżlu wara l-ogħla prezzijiet tal-2021 ‘il fuq minn $62.00 u l-kundizzjonijiet ta’ xiri żejjed. L-azzjoni negattiva fil-prezz tal-bierah waslet wara żieda fil-kuntratti u l-volumi, u dan jiftaħ bieb għal kontinwazzjoni tan-niżla fil-prezz f’terminu qasir. Kull barmil ta’ West Texas Intermediate qed jiffaċċja il-prezz ta’ $54.00 l-ogħla f’Jannar.

Il-prezz tad-deheb irkupra parti kbira mit-telf bikri li wasslu għall-inqas prezz f’seba’ xhur u l-aħħar negozju kien b’telf modest bil-prezz ftit ‘il fuq minn $1,770. Wara nuqqas ta’ direzzjoni u ċaqliq fil-prezz tal-bieraħ, id-deheb illum kellu xi bejgħ matul is-sessjoni Ażjatika u tbaxxa għall-inqas livell minn Lulju 2020. L-investituri baqgħu ottimisti dwar irkupru ekonomiku b’saħħtu fost il-pass impressjonanti fit-tilqim kontra l-covid u t-tnaqqis fl-infezzjonijiet.

Apparti dan, il-progress dwar il-pakkett ta’ stimulu ta’ $1.9 triljun fl-Istati Uniti kompla jqajjem l-aspettattivi għal żieda possibli fl-inflazzjoni. Dan min-naħa tiegħu żamm id-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan qrib l-ogħla f’sena kmieni din il-ġimgħa, li tqies bħala fattur ewlieni li wassal għal tnaqqis fil-bejgħ tad-deheb.

L-aħbarijiet finanzjarji huma miġbura minnn BNF Bank