Ftehim bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina jaffettwa tajjeb lil xi muniti

Muniti sensittivi għall-kummerċ bħad-Dollaru Awstraljan u l-Yuan Ċiniż żammew taħt l-ogħla livell f’erba’ xhur milħuq dalgħodu hekk kif serħan wara l-ftehim bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina ta lok għal kawtela minħabba nuqqas ta’ dettalji.

L-Isterlina baqgħet imsaħħa mir-rebħa kbira fl-elezzjoni tal-ġimgħa li għaddiet mill-Partit Konservattiv tal-Prim MInistru Boris Johnson, waqt li l-Krona Norveġiża telgħet għall-ogħla rata  fi kważi tliet xhur qabel il-laqgħa din il-ġimgħa tal-Bank Ċentrali Norveġiż.

L-ewro żdied 0.3% għal $1.1154 u wera ftit li xejn reazzjoni mmedjata għal statistika li wriet li t-tkabbir fin-negozju fiż-żona tal-ewro baqa’ dgħajjef matul Diċembru.

Indiċi

L-ishma Ewropa laħqu livell għoli record llum hekk il-ftehim kummerċjali “kważi lest” bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina żamm il-momentum għaddej wara l-irkupru mqajjem mir-rebħa Konservattiva fir-Renju Unit.

Fl-Istati Uniti, l-S&P 500 u n-Nasdaq ukoll laħqu livell rekord fil-ftuħ illum, mgħejuna minn statistika tajba miċ-Ċina u tnaqqis fit-tensjoni bejn iż-żewġ pajjiżi, waqt li l-kumpanija Boeing tbaxxiet minħabba tħassib dwar il-bidliet fil-produzzjoni tal-Boeing 737 li bħalissa ma jistgħux jittajru u dan illimita ż-żidiet fid-Dow Jones.

Fil-qasam tal-ishma lokali, il-GO żdiedu b’0.48%; l-HSBC Bank Malta tilfu 0.85%; il-Plaza Centres tilfu 0.99% waqt li l-MIDI wrew tnaqqis ta’ 3.30%. It-Trident Estates marru l-agħar bi tnaqqis ta’ 6.06%.

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Mariner Finance 2024 tilfu 0.75%; is-6PM Holdings 2025 tbaxxew b’0.64% u l-Hudson Malta 202 b’1.89%. Il-Corinthia Finance 2026 tilfu 0.48%; l-Eden Finance 2027 żdiedu b’0.35%; il-Bortex Group Finance 2027 tbaxxew b’0.49% u t-Tum Finance 2029 tbaxxew b’0.40%.

Il-prezzijiet taż-żejt żammew qrib l-ogħla livell fl-aħħar tlitt xhur, mgħejuna mill-aħbar tal-ġimgħa li għaddiet ta’ ftehim kummerċjali inizjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina. Il-Brent  żdied 0.54% għal $65.57 u l-West Texas Intermediate wera żieda ta’ 0.28% għal $60.22.

L-Istati Uniti u ċ-Ċina nhar il-Ġimgħa ħabbru ftehim tal-“ewwel fażi” li ser inaqqas xi tariffi Amerikani bi skambju ma’ dak li uffiċjali Amerikani qalu li ser tkun żieda qawwia fix-xiri miċ-Ċina ta’ prodotti agrikoli u oħra mill-Istati Uniti.

Il-prezzijiet tad-deheb issodaw illum hekk kif  dollaru aktar dgħajjef u nuqqas ta’ dettalji dwar il-ftehim bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina naqqsu l-pressjoni miż-żidiet fis-swieq finanzjarji.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan tilef iż-żidiet bikrin illum bl-investituri fil-muniti ma jagħtux każ it-tensjonijiet diplomatiċi bejn l-Istati Uniti uċ-Ċina u ż-żieda fil-każi tal-coronavirus. Waqt li s-swieq finanzjarji għal bidu tbaxxew hekk…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Il-yen tela’ għall-ogħla rata f’ġimagħtejn u muniti sensittivi għar-riskju tbaxxew wara żieda fl-infezzjonijiet ġodda…

Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan llum tbaxxa kontra l-parti l-kbira tal-muniti hekk kif rkupru f’assi riskjużi bħall-ishma globali u prodotti essenzjali naqqsu d-domanda għall-munita Amerikana meqjusa bħala sikura. L-ewro żdied 0.1% għal…

Id-dollaru tbaxxa kontra r-rivali tiegħu għax l-investituri evalwaw it-tamiet ta’ rkupru ekonomiku ta’ malajr kontra l-biża’ dwar il-qawmien mill-ġdid tal-pandemija, partikularment fl-Istati Uniti. Id-domanda għad-dollaru baqgħet stabbli hekk kif il-prezzijiet…

Aktar