Barranin
Ftit li xejn inbidel il-prezz tad-deheb

Muniti

Id-dollaru żamm qrib l-ogħla rata f’xahrejn illum qabel dak li jista’ jkun l-ewwel tnaqqis fir-rati tal-interessi mill-kriżi finanzjarja ‘l hawn, waqt li r-riskji dejjem jikbru dwar il-Brexit baxxew lill-isterlina għall-inqas rata ġdida fi 28 xahar. Il-muniti ewlenin kollha kellhom movimenti żgħar qabel il-laqgħa ta’ nhar l-Erbgħa li fiha l-Federal Reserve mistenni jnaqqas ir-rati tal-interessi b’25 punt bażi, iżda kien hemm xi azzjoni li mtliet in-nuqqas ta’ attività.

L-isterlina waqgħet għal €1.2335, livell li l-aħħar li ntlaħaq kien f’Marzu 2017 u tbaxxiet ukoll lejn id-$1.2244. Hija rpiljat ukoll lejn in-90 pence kull euro, li jimplika li l-kejl tal-volatilità tal-isterlina kien qed jitla’ u laħaq l-ogħla mill-iskadenza oriġinali ta’ Brexit f’Marzu li għadda.

Il-Federal Reserve mistenni jbaxxi r-rati tal-interessi din il-ġimgħa, iżda din il-mossa hija aktarx maħsuba biex tagħmel protezzjoni lill-ekonomija Amerikana mill-inċertezzi globali u l-pressjonijiet mill-kummerċ, b’kuntrast għal xi pajjiżi oħrajn li għandhom quddiem riskji imminenti. L-ewro kien madwar $1.1126, kważi bla moviment u mhux ‘il bogħod mil-livell baxx ta’ nhar il-Ħamis ta’ $1.1101.

Indiċi

L-ishma Ewropej irkupraw minn telf bikri llum, minħabba qawmien fl-ishma tal-London Stock Exchange Group dwar il-ftehim potenzjali sabiex jixtru data finanzjarja minn Refinitiv, waqt li l-investituri qed jistennew anzjużi t-tnaqqis fir-rati tal-interessi fl-Istati Uniti.

L-ishma fl-Istati Uniti fetħu bi ftit li xejn bidla hekk kif Wall Street naqqset l-aspettativa dwar in-negozjati kummerċjali ta’ din il-ġimgħa bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u qed tistenna d-deċiżjoni dwar il-politika monetarja mill-Federal Reserve.

Ishma

Is-Santumas Shareholdings żdiedu bi 17.17% segwieti mill-Malta International Airport b’żieda ta’ 1.31% għal €7.75.

Il-FIMBank tilfu 4.41%, il-Bank of Valletta 1.34%, l-HSBC Bank 1.30%, Trident Estates urew tnaqqis ta’ 0.52% bl-RS2 Software jonqsu b’0.55%.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Corinthia Finance 2019/20 żdiedu bi 2.30%; il-Von der Heyden Group 2024 tbaxxew b’0.75%, segwiti minn 6PM Holding 2025 b’0.49%. Kien hemm tnaqqis ta’ 0.39% fil-Bortex Group Finance 2027, waqt li minkejja n-negozju fihom ma kien hemm ebda moviment fil-MeDirect Bank (Malta) 2019, l-AX Investments 2024 u l-MIDI 2026.

Il-prezzijiet taż-żejt iddgħajfu llum fost pessimiżmu dwar it-taħditiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u l-prospetti ta’ tkabbir ekonomiku globali aktar bil-mod li jnaqqas id-domanda għaż-żejt mhux raffinat. Il-Brent tilef 0.14% għal $63.37 meta l-prezzijiet żdiedu 1.6% il-ġimgħa li għaddiet. Il-United States West Texas Intermediate żdied b’0.16% għal $56.31 meta l-ġimgħa li għaddiet wera żieda ta’ 1%.
Ftit li xejn inbidel il-prezz tad-deheb illum hekk li dehret il-kwatela mill-investituri qabel il-laqgħa tal-Federal Reserve bl-investituri aktarx li jħarsu aktar lil hinn mit-tnaqqis fir-rata tal-interess lejn il-gwida tal-bank għall-politika monetarja għal bqija tas-sena.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Id-dollaru kien imwaħħal f’firxa dejqa, sostnut mill-flussi f’assi sikuri hekk kif il-qawmien mill-ġdid tal-coronavirus…

Barranin

Id-dollaru llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra r-rivali tiegħu hekk kif statistika ekonomika tajba mill-Istati Uniti u mill-Ewropa saħħew is-sentiment ta’ riskju, b’tamiet għal vaċċin kontra l-Covid-19 ikomplu jgħinu s-sentiment….

Barranin

Muniti Statistika ekonomika Ewropea tajba xprunat is-sentiment ta’ riskju llum, waqt li tilef l-ewro u l-indiċi tad-dollaru żdied xi ftit hekk kif  is-swieq finanzjarji bbilanċjaw tamiet għal rkupru ekonomiku globali…

Barranin

Muniti Grupp ġdid ta’ statistika ekonomika ħażina żammet lill-ewro u lill-isterlina taħt pressjoni hekk kif tbaxxa s-sentiment minħabba l-biża’ ta’ postijiet ġodda ta’ imxija qawwija tal-COVID-19 madwar id-dinja u li…

Aktar