Barranin
Għadda kumment li ħalla effett ħażin fuq l-Ewro

Muniti

L-Isterlina baqgħet qrib l-inqas rata f’erba’ xhur illum, bir-riżultati tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew jidhru li qed iqawwu l-qalb ta’ dawk li jridu Brexit bla ftehim hekk kif bdiet il-battalja għas-suċċessur tal-Prim Ministru Theresa May.

L-Ewro tbaxxa hekk kif l-investituri dehru nervużi dwar it-tensjonijiet kummerċjali fid-Dollaru u tħassbu li r-riskji politiċi fl-Ewropa jibqgħu għolja, anke jekk il-partiti favur l-Unjoni Ewropea kisbu l-maġġoranza tas-siġġijiet.

Id-Deputat Prim Ministru Matteo Salvini, li l-partit tiegħu tal-lemin estrem il-Lega rebaħ fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, qal li l-Kummissjoni Ewropea tista’ twaħħal €3 biljun lill-Italja għaliex kisret ir-regoli tad-dejn u d-defiċit tal-Unjoni, kumment li ħalla effett ħażin fuq il-munita unika.

Indiċi

L-ishma Ewropej tilfu llum, miġbuda minn tħassib dwar id-defiċit fil-baġit Taljan , waqt li s-swieq finanzjarji f’Londra ssaħħew minn żidiet fl-ishma tal-minjieri. Fl-istess ħin, l-iSTOXX 50 tilef 0.05%.

L-ishma fl-Istati Uniti żdiedu bi ftit, mmexxija mill-ishma tal-kumpaniji tat-teknoloġija, iżda ż-żidiet kienu ftit fost sinjali li l-Istati Uniti u ċ-Ċina huma ‘l bogħod milli jilħqu ftehim. Id-Dow Jones żdied b’0.44%.

Ishma

Fil-Borża ta’ Malta, l-International Hotel Investments żdiedu bi 3.70% segwiti minn Medserv b’żieda ta’1.80%. Il-Malta International Airport ukoll żdiedu. Min-naħa l-oħra Simonds Farsons Cisk tilfu 3.67%.

Bonds

Il-bonds lokali kienu mħallta llum. L-aktar li żdiedu kienu l-1923 Investments 2024 b’0.49%, segwiti minn Simonds Farsons Cisk 2027 u l-Premier Capital 2026 li t-tnejn żdiedu b’0.48%. Tumas Investments 2027 kienu l-aktar li tilfu, 0.95%.

Il-prezzijiet taż-żejt kienu mħallta hekk kif inqabdu bejn it-tħassib dwar il-provvista globali u l-biża’ li l-kunflitt bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina ser jolqot ħażin lid-domanda. Il-Brent tilef 0.1% bil-prezzijiet jitbandlu fin-negozju il fuq u taht is-$70.

Id-deheb tbiegħed mill-ogħla prezz f’ġimgħa hekk kif id-dollaru reġa’ kiseb il-momentum, waqt li d-dgħufija fis-swieq tal-ishma illimitaw it-telf għad-deheb.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Il-frank Żvizzeru ssaħħaħ kontra l-muniti ewlenin sħabu u huwa fi triqtu lejn l-akbar żieda f’jum kontra d-dollaru Amerikan, f’xahar li fih il-Bank Ċentrali Żvizzeru ma segwiex lill-Bank Ċentrali Ewropew…

Barranin

Il-yen illum baqa’ mwaħħal mal-inqas rata f’sitt ġimgħat kontra d-dollaru hekk kif sinjali li juru li l-Istati Uniti u ċ-Ċina qed inaqqsu d-differenzi ta’ bejniethom dwar il-kummerċ qabel taħditiet kruċjali,…

Barranin

Muniti L-ewro llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra d-dollaru, jum qabel ma l-Bank Ċentrali Ewropew huwa mistenni li jżid aktar stimulu monetarju biex jixpruna lill-ekonomija tar-reġjun. Ħames sorsi familjarji mad-diskussjoni…

Barranin

Muniti L-ewro żdied illum wara li rapport li l-Ġermanja aktarx li żżid l-istimulu fiskali kabbar it-tamiet li l-gvernijiet ser jaġixxu biex jixprunaw it-tkabbir fir-reġjun, għalkemm l-aspettattivi ta’ aktar illaxkar monetarju…

Aktar