Għaliex naqas il-prezz taż-żejt?

L-Isterlina baqgħet fil-firxa riċenti f’negozju fqir li l-analisti qed jgħidu li juri li ma jistax ibatti sakemm issir l-elezzjoni għas-suċċessur tal-Prim Ministru.  Is-swieq tal-kambju barrani kienu wkoll batuti għax l-investituri kienu qed jistennew il-laqgħa dwar il-politika monetarja mill-Bank Ċentrali Ewropew. Madankollu wara d-diskors tal-President tal-Bank Mario Draghi l-ewro kellu żieda qawwija għal $1.1270.

Id-dollaru ser iżomm is-saħħa tiegħu għall-bqija tal-2019 iżda jidgħajjef minħabba l-gwerra kummerċjali maċ-Ċina u tnaqqis eventwali fir-rata tal-interessi mill-Federal Reserve.  Issa li l-ekonomija Amerikani qed turi sinjali li qed tnaqqas ir-ritmu u qed tippersisti l-gwerra maċ-Ċina, huwa ċar li l-pass li jmiss tal-Federal Reserve ser ikun li jbaxxi r-rati tal-interessi u mhux jżidhom.

Indiċi

L-ishma fl-Ewropa żdiedu b’aktar minn nofs punt perċentwali illum mgħejjuna mill-istimulu mill-Bank Ċentrali Ewropew u żieda fil-prezz tal-ishma tal-FIAT-Chrysler wara li b’sorpriża ma intlahaqx ftehim ta’ għaqda mar-Renault-Nissan.

L-ishma fl-Istati Uniti fetħu xi ftit ogħla b’tamiet ta’ tnaqqis tal-interessi mill-Federal Reserve iżda s-sentiment baqa’ fraġli wara li l-President Trump kabbar il-biża’ ta’ tkabbir fit-tensjonijiet maċ-Ċina meta qal li ser jiddeċiedi dwar aktar tariffi fuq iċ-Ċina probabilment wara l-laqgħa tal-G20.

Ishma

Fil-qasam lokali, it-Tigne Malta żdiedu b’1.11% segwiti minn BMIT Technologies b’0.92%. Il-GO wrew żieda ta’ 0.45%. Il-Bank of Valletta tilfu 1.43%, il-Mapfre Middlesea b’0.90% u l-HSBC Bank Malta b’0.61%.

Bonds

F’dak li jirrigwarda negozju fil-bonds lokali, il-Bortex Group Finance 2027 żdiedu b’1.08% segwiti mill-Bank of Valletta 2030 (it-tieni serje) b’0.69%.

L-SP Finance 2029 naqqsu b’0.47% u l-International Hotel Investments 2026 b’0.46%.

L-Istati Uniti issa aktarx li hija l-akbar produttur taż-żejt fid-dinja, iżda ż-żejt li qed jiġi prodott huwa ħafif wisq fid-densità għar-raffineriji domestiċi jew għall-esportazzjoni, u dan naqqas il-prezzijiet.

Id-deheb żdied illum qrib l-ogħla prezz għal din is-sena minħabba tamiet ta’ tnaqqis fir-rati tal-interessi Amerikani anke jekk xi investituri biegħu d-deheb biex jieħdu proditt. Il-prezz żdied b’0.39% għal $1,334.54.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti  L-ewro ngħata spinta llum minn dollaru aktar dgħajjef hekk żieda fl-ottimiżmu dwar rkupru globali mill-pandemija sostniet muniti aktar riskjużi. Il-movimenti, iżda ma laħqux dawk tas-suq tal-ishma hekk kif it-tensjonijiet…

Barranin

L-ewro stabilizza ruħu qrib id-$1.09 f’din li hija meqjusa bħala ġimgħa importanti għall-gvernijiet Ewropej hekk kif jiddibattu l-punti ewlenin ta’ fond ta’ rkupru immirat li jgħin lill-pajjiżi membri. L-Awstrija, in-Netherlands,…

Barranin

Muniti Id-dollaru dalgħodu żdied  0.24% għal $1.0925 kull ewro wara ż-żieda ta’ 0.3% fis-sessjoni ta’ qabel. L-Isterlina żammet stabbli għal $1.2216 qabel ma statistika li kellha toħroġ tard illum li…

Barranin

Muniti L-ewro riesaq lejn il-ħames jum wara l-ieħor ta’ żidiet hekk kif baqa’ għoli l-ottimiżmu fost l-investituri dwar unjoni fiskali eqreb fl-Ewropa hekk kif l-istatistika ekonomika ħażina ma bidlitx is-sentiment…

Aktar