Għaliex qed jitbaxxa l-prezz tal-ewro?

L-ewro kompla jirtira mil-livelli għolja kontra d-Dollaru Amerikan u jista’ jkompli jiltef b’mod sostanzjali iż-żidiet preċedenti hek kkif qed tagħlaq il-ġimgħa.

Hemm tliet raġunijiet fundamentali li qed jiġbdu lill-ewro ‘l isfel.

L-ewwel nett, jidher li l-bonds Amerikani huwa dak li qed imexxi s-suq bħalissa, u meta d-dħul minhhom jogħla, miegħu jogħla d-dollaru. Iż-żieda fid-dħul mill-bonds ta’ 10 snin qabeż il-punt kritiku ta’ 1.60%. L-aħħar raġuni għal dan kien l-indirizz mill-President Biden ftit wara li ffirma il-pakkett ta’ stimulu ta’ $1.9 Triljun f’liġi u ħareġ iċ-ċekkijiet minnu lill-Amerikani. L-aħbar importanti hija li huwa qed jimmira li l-Amerikani kollha jkunu eliġibbli għal vaċċin kmieni f’Mejju – u b’hekk inaqqas iż-żmien tal-iskeda għal darb’oħra. Il-fond tal-istimulu u l-ftuħ tal-ekonomija aktar malajr ngħaqdu mal-aħbar ta’ żieda żgħira sorprendenti fil-persuni qegħda. Dan għamel il-bonds tat-Teżor inqas attraenti għall-investituri. L-Indiċi tas-Sentiment tal-Konsumatur mill-Università ta’ Michigan għal Marzu jidher li ser juri wkoll żieda.

It-tieni punt huwa li waqt li l-Federal Reserve jara li d-dħul ogħla mill-bonds bħala sinjal tajjeb ta’ espansjoni ekonomika, l-ispiża akbar fid-dejn Ewropew jservi biss bħala kuntrarju għall-ekonomija fraġili. Il-Bank Ċentrali Ewropew ipprova jindirzza dan billi jaċċellera l-programm tiegħu ta’ xiri tal-bonds fit-tieni kwart tas-sena. Madankollu l-iskop ta’ dan il-pjan jibqa’ mibdul għal €1.85 Triljun. Barra minn dan, dan il-Programm ta’ Xiri ta’ Emergenza minħabba l-Pandemija xorta huwa maħsub li jintemm f’Marzu 2022. L-ewro jibqa’ vulnerabbli minħabba messaġġi konfużi mill-Kap tal-Bank Ċentrali Ewropew, Christine Lagarde.

It-tielet punt huwa li t-tbassir ta’ espanjoni ekonomika kajmana hija ferm korrelata mal-kampanja fqira tat-tilqim u s-sitwazzjoni ħżienet aktar. Waqt li r-regolaturi approvaw l-vaċċin b’tilqima waħda ta’ Johnson & Johnson, il-fornitura hija baxxa. Agħar minn hekk, l-Unjoni Ewropea hija dipendenti ferm fuq il-vaċċin tal-AstraZeneka u issa tqajmu kwistjonijiet oħrajn. Il-provvisti reġgħu ttradjaw u f’xi pajjiżi, huma waqfu għal kollox minħabba tħassib li d-dożi qed jikkawża koagulazzjoni tad-demm. In-nuqqas ta’ ħajra min-nies li jiehdu t-tilqima tal-AstraZeneca diġà wassal għal dewmien. Min-naħa l-oħra, l-użu massiċċ tal-vaċċin fir-Renju Unit instab li kien sigur u effiċjenti. Kollox ma’ kollox, il-vaċċin jibqa’ sostanzjalment problema għall-Ewropa u l-ewro.

Sadattant id-deheb kellu rkupru tekniku fil-bidu tal-ġimgħa u avvanza għal $1,760 kull uqija hekk kif l-bonds Amerikani komplew jitbegħdu mill-ogħla livelli tal-ġimgħa ta qabel. Madankollu, il-prestazzjoni fqira tal-indiċi tal-ishma ewlenin għenu lid-Dollaru Amerikan iżomm s-saħħa tiegħu u għamilħa ħaġa diffiċli li jogħla l-prezz tad-deheb.