Barranin
Għawġ għall-isterlina hekk kif May tinsab taħt pressjoni biex issolvi l-kriżi ta’ Brexit

Muniti

L-Isterlina tbaxxiet illum hekk kif il-Prim Ministru Theresa May tinsab taħt pressjoni biex tirrisolvi l-kriżi tal-Brexit permezz ta’ elezzjoni jew li titlaq mill-Unjoni Ewropea bla ftehim.

In-nuqqas tal-parlamentari li jaqblu dwar pjan alternattiv għal dak tal-Prim Ministru wassal lir-Renju Unit eqreb lejn ħruġ bla ftehim, l-agħar sitwazzjoni għall-Isterlina.

Iżda l-waqgħa modesta tal-Isterlina tissuġerixxi li bosta investituri għadhom iqisu li Brexit mhux radikali aktarx ikun ir-riżultat finali. L-Isterlina kienet qed tiġi nnegozjata f’€1.3, il-valur li kellha f’Jannar.

Biex ibaxxi aktar il-prospetti, in-negozjatur ewlieni tal-Unjoni Ewropea, Michel Barnier qal li l-Unjoni mhux ser terġa’ tinnegozja l-ftehim ta’ May. Barnier qal li l-parlament għandu jsib maġġoranza għal xi għażla u li l-UE taċċetta unjoni doganali bħal dik tan-Norveġja.

L-Isterlina estendiet it-telf biex tbaxxiet għal $1.3025, tnaqqis ta’ 0.6% fil-ġurnata. Kontra l-ewro, tilfet nofs perċentwal.

In-nuqqas ta’ ftehim diġà dewwem il-Brexit għal ġimagħtejn wara d-data tal-ħruġ tad-29 ta’ Mejju u l-Prim Ministru mistennija tippresjiedi laqgħat tal-kabinett b’ħidma biex isib tarf tal-kobbla imħabbla.

Indiċi

L-ishma Ewropej ftit iċaqilqu wara l-akbar irkupru f’jumejn minn Jannar, hekk kif l-inċertezza tal-Brexit ċajpar is-sentiment bil-Parlament Ingliż bla ebda ftehim dwar il-ħruġ mill-Unjoni Ewropea.

L-Indiċi Ewropew, l-iSTOXX 50 ftit tbiddel u jinsab qrib l-ogħla livell minn Settembru. Il-parti l-kbira tal-boroż Ewropej kienu mħallta, iżda l-FTSE, ibbażat l-aktar fuq kumpaniji ta’ esportazzjoni, kien notevolment ogħla, mgħejun minn Sterlina aktar dgħajfa.

L-ishma globali avvanzaw illum, bl-iSTOXX kellu l-akbar żieda f’sitt ġimgħat wara surveys inkoraġġjanti dwar il-manifattura miċ-Ċina u l-Istati Uniti.

L-istatistika tajba ferm miż-żewġ l-akbar ekonomiji fid-dinja wara tħassib dwar tnaqqis fit-tkabbir globali li reġa’ deher wara li l-Federal Reserve abbanduna pjani għal żidiet fir-rati tal-interessi din is-sena f’mossa sorprendenti x-xaħar li għadda.

Ishma Lokali

Fil-qasam tal-ishma lokali, kien hemm xi movimenti pożittivi bit-Tigne Mall żdiedu b’4.35%, il-PG bi 3.62% u l-BMIT Technologies b’0.95%. Min-naħa l-oħra l-GO kellhom telf ta’ 1.64%.

Bonds Lokali

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, kien hemm tnaqqis ta’ 4.76% fil-Hili Properties 2025 segwiti minn telf ta’ 2.72% fil-Medserv 2026. L-akbar żieda kienet ta’ 1.24% fl-International Hotel Investements 2024 segwiti minn żieda ta’ 1.02% fil-Bank of Valletta 2019.

Il-prezz taż-żejt laħaq dak ogħla minn $69 minħabba l-prospetti li aktar sanzjonijiet kontra l-Iran u aktar tfixkil fil-Veneżwela jistgħu jfixklu t-tnaqqis tal-produzzjoni mill-OPEC, u hekk kif is-suq sar inqas imħasseb li d-domanda tista’ tonqos.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-isterlina llum estendiet it-telf tal-aħħar sitt ġimgħat, għalkemm f’xi ħin kienet qed tiġi nnegozjata għal 0.8926 kull ewro jew 0.25% inqas. It-tħassib kiber li r-Renju Unit riesaq lejn tluq…

Barranin

Muniti L-Isterlina llum tbaxxiet minħabba tħassib li qed jikber li l-ġlieda dwar it-tmexxija tal-Partit Konservaittiv tista’ twassal għal tluq diżordinat mill-Unjoni Eweropea. Boris Johnson, li jinsab fuq quddiem nett biex…

Barranin

Muniti L-Isterlina tbiegħdet mill-inqas rati f’ħames xhur kontra l-Ewro wara li l-pagi fir-Renju Unit matul April żdiedu aktar milli kien mistenni. L-Isterlina dan l-aħħar kienet batuta hekk kif l-investituri qagħdu…

Barranin

Muniti Id-dollaru llum tħabat qrib l-inqas rata f’seba’ ġimgħat, minħabba li kulħadd qed jistenna li l-Federal Reserve ser inaqqas ir-rata tal-interessi bi tweġiba għar-riskji relatati mal-konflitti kummerċjali. L-indiċi tad-dollaru ma…

Aktar