Lokali
GO taħtar Chairman ġdid

Is-Sur Mohamed Fadhel Kraiem inħatar Chairman ta’ GO p.l.c. Hu se jkun qed jissostitwixxi lis-Sur Nizar Bouguila, li rrinunzja l-kariga tiegħu b’effett mit-22 ta’ Novembru 2017.

Is-Sur Kraiem, li hu ukoll President u Kap Eżekuttiv tal-Grupp Tunisie Telecom (TT), l-azzjonist maġġoritarju ta’ GO p.l.c., ingħaqad ma’ TT f’Lulju 2010 bħala Deputat Kap Eżekuttiv inkarigat mill-attivitajiet kummerċjali u finanzjarji.  Fl-2016 inħatar Kap Eżekuttiv ta’ Monoprix, kumpanija ewlenija tar-retail fit-Tuneżija. Hu rritorna mal-Grupp TT aktar kmieni fl-2017 u jippresjedi ukoll numru ta’ sussidjarji tagħha, inklużi Topnet, Mattel, Sotetel u Diva Sicar.

Is-Sur Kraiem qal, “GO hi organizzazzjoni ewlenija bi prestazzjoni tajba. Jien ħerqan li naħdem mat-tim kollu u mat-tmexxija tal-Grupp biex inkomplu nimxu ‘l quddiem f’ numru ta’ oqsma importanti f’Malta u f’Ċipru. Nixtieq ukoll nirringrazzja lis-Sur Bouguila għas-servizz li ta lil GO  u li mexxa b’suċċess il-kumpanija fejn iggwidaha f’perjodu interessanti ta’ bidla u sfida.”

Gradwat b’diplomi kemm mill-Ecole Polytechnique kif ukoll mill-Ecole Nationale des Télécommunications (Pariġi), li huma żewġ istituzzjonijiet prestiġġjużi, is-Sur Kraiem beda l-karriera tiegħu fi Franza mal-CAP GEMINI Telecom Group. Wara erba’ snin ingħaqad ma’ Vivendi Group fejn kellu bosta pożizzjonijiet għolja: l-ewwel fis-sussidjarja SFR bħala Programme Manager, imbagħad ma’ Maroc Telecom bħala Uffiċjal Ewlieni tal-Informazzjoni. Fl-2006, ingħaqad ma’ INWI, it-tielet operatur fil-Marokk, fejn kien Viċi President Eżekuttiv inkarigat mill-IT u Network.

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro Id-dollaru Amerikan daħal f’firxa dejqa illum wara iż-żidiet qawwija ta’ dan l-aħħar hekk kif il-Federal Reserve qed iħejji għal-laqgħa ta’ jumejn li fiha huwa mistenni li jżid…

Lokali

BNF Bank plc iħabbar li ħatar lil Adrian Coppini bħala Chief Operating Officer u lil Maruska Buttiġieġ Gili bħala Chief Risk Officer tal-Bank. Is-Sur Coppini kien ingħaqad ma’ BNF Bank…

Barranin, Lokali

Muniti kontra l-ewro Id-dollaru llum tbaxxa kontra l-yen wara li l-Pulizija ta’ New York qalu li rċevew rapporti ta’ splużjoni f’nofs Manhattan. L-isterlina ssodat wara li nhar il-Ġimgħa kellha l-akbar…

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro Id-dollaru tbaxxa kontra l-yen f’ġurnata kwieta għas-swieq illum, bis-sentiment għar-riskju mnaqqas minħabba li tħassib dwar il-possibilità tal-għeluq tad-dipartiment tal-Gvern Amerikan warrab l-ottimiżmu dwar il-progress fuq il-leġiżlazzjoni fiskali….

Aktar