Lokali
GO taħtar Chief Customer Experience Officer   

Antonio Ivankovic inħatar fir-rwol il-ġdid ta’ Chief Customer Experience Officer ma’ GO plc.  Ivankovic ingħaqad ma’ GO minn Deutche Telekom fejn kien jokkupa l-kariga ta’ Senior Manager Partnering and Business Development.

Bħala ċ-Chief Customer Experience Officer, Ivankovic se jkun responsabbli biex jikkoordina l-oqsma kollha relatati direttament mal-klijenti fosthom bejgħ bl-imnut, iċ-ċentru ta’ kuntatt u onlajn.

Ivankovic qal li dl-ewwel ftit jiem tiegħu ma’ GO baqa’ tassew impressjonat għax il-kumpanija għandna tim eċċellenti b’mentalità korretta u hu ħerqan li jqiegħed lill-klijenti fiċ-ċentru ta’ dak kollu li tagħmel il-kumpanija.

Ivankovic għandu karriera fl-industrija tat-telekomunikazzjoni li tmur lura għall-2009. Wara li ggradwa fl-Ekonomija mill-Università ta’ Zagreb fl-2008, ingħaqad ma’ Deutche Telekom filwaqt li stabbilixxa u mexxa kumpanija ta’ inġinerija elettronika wkoll.

Matul is-snin, Ivankovic rawwem interess qawwi  għall-innovazzjoni u teknoloġiji ġodda, u fil-fatt okkupa għadd ta’ rwoli fil-Kroazja, il-Ġermanja u l-Istati Uniti.

Qabel ma ġie Malta, Ivankovic kien responsabbli biex ifittex novitajiet ġodda fil-qasam tan-negozju kummerċjali u jiżviluppa opportunitajiet ġodda ta’ joint venture għal Deutche Telekom.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Muniti L-isterlina baqgħet qrib l-inqas rata fi 13-il xahar, hekk kif l-investituri saħħew il-fehma li d-dollaru ser ikompli jissaħħaħ u minħabba l-inċertezza dwar jekk ir-Renju Unit hux ser jikseb ftehim…

Lokali

Id-dollaru żdied għall-ogħla livell fi 13-il xahar kontra grupp ta’ muniti u kien hemm ukoll żieda tajba fir-rata tal-yen, bis-sentiment tal-investituri għar-riskju jonqos fost tensjonijiet globali kummerċjali li qed jiżdiedu…

Barranin

Muniti Id-dollaru tbaxxa wara li l-ġimgħa li għaddiet laħaq l-ogħla rata f’ġimgħa f’xahar hekk kif l-investituri kabbru s-sentiment għall-ogħla livell mill-2017, għalkemm it-tħassib li l-irkupru ekonomiku jista’ qed imajna wassal…

Lokali

Lidl Malta, the country’s leading supermarket with eight outlets spread around the Maltese Islands, is celebrating its 10 year anniversary. To mark this milestone, the Company organised a number of…

Aktar