Lokali
GO tipprovdi €250,000 f’appoġġ għal kawżi tajbin

GO plc ipprovdiet madwar €250,000 f’appoġġ għal kawżi tajbin matul dan il-perjodu ta’ festi. Fi stqarrija l-kumpanija qalet li minbarra li saru kontribuzzjonijiet finanzjarji diretti kemm minn GO, kif ukoll minn inizjattivi ta’ ġbir ta’ fondi li għamlu l-impjegati għall-Istrina u għall-Festa ta’ Generożità, dan l-appoġġ kien jinkludi ukoll il-provvista ta’ komunikazzjonijiet u servizzi tad-dejta flimkien ma’ mijiet ta’ sigħat ta’ appoġġ tekniku li ngħata mill-impjegati.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ GO Attila Keszeg, qal li GO dejjem kienet fiċ-ċentru tas-soċjetà Maltija, tgħin lin-nies jibqgħu konnessi, u terfa’ r-responsabbiltà tagħha lejn il-komunità b’tant serjetà. Qal li l-appoġġ tal-kumpanija, b’mod partikolari lejn il-Malta Community Chest Fund, hu impenn kontinwu li jibqa’ għaddej is-sena kollha u li għalih mhux biss il-Grupp iżda anki bosta impjegati jiddedikaw kemm ħafna ħin kif ukoll impenn. ”

Huwa qal li l-GO se tappoġġja wkoll il-Festa Ċitru li se ssir aktar tard dan ix-xahar fil-Palazz ta’ San Anton. Żied jgħid li din se tkun l-ewwel minn serje ta’ avvenimenti organizzati matul is-sena mill-Malta Community Chest Fund b’appoġġ minn GO.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro żdied b’aktar minn 0.11% kontra d-dollaru għal $1.1330. Barra dan l-ewro wera żieda ta’ 0.48% kontra l-isterlina, 0.15% kontra l-yen u 0.02% kontra l-frank Żvizzeru. Il-munita unika tilfet…

Barranin

Muniti Id-dollaru llum kellu sessjoni mħallta bejn żidiet u telf qabel laħaq l-ogħla rata tal-ġurnata hekk kif l-aħbarijiet dwar l-Istati Uniti u ċ-Ċina kienu dominanti. L-isterlina tilfet minħabba tħassib li…

Barranin

Muniti Wara reazzjoni aktarx kiebja għall-aħħar aħbarijiet li l-Kummissjoni Ewropea illum ma aċċettatx l-aħħar proposti tal-baġit Taljan, kien hemm pressjoni minn bejgħ tad-dollaru fuq ir-rata mal-ewro, bir-rata titla’ għal $1.1400….

Barranin

Muniti L-isterlina waqgħet, l-ishma fl-Ewropa tbaxxew u l-prezzijiet bil-quddiem għall-ishma fl-Istati Uniti tilfu ż–żidiet li kellhom, hekk kif sensiela ta’ ministri Ingliżi rriżenjaw bi protesta għal ftehim tal-Prim Ministru Theresa…

Aktar