Lokali
Ġurnata ħażina għall-ewro u l-isterlina

Muniti

L-ewro llum tilef kontra l-parti l-kbira tal-muniti ewlenin minħabba aħbarijiet ta’ tfixkil minn tariffi u fil-katina tal-provvista. Kontra d-Dollaru, il-munita unika tilfet 0.43% u kontra l-yen tbaxxiet b’aktar minn 0.40%.

L-Isterlina, bħall-ewro, tilfet llum minħabba dollaru aktar b’saħħtu għax qed jeħżienu r-relazzjonijiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u l-flussi staġjonali hekk kif l-Isterlina tidħol f’dak li tipikament huwa wieħed mill-agħar xhur għaliha.

Għall-kuntrarju tal-ewro u tal-isterlina, id—Dollaru Amerikan żdied kontra l-biċċa l-kbira tal-muniti ewlenin fost beżgħat li t-tilwima tas-sena li għaddiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina ser terġa’ tqum, din id-darba minħabba l-coronavirus. Il-President Amerikan Donald Trump u s-Segretarju tal-Istat Mike Pompeo tefgħu l-ħtija tal-pandemija fuq iċ-Ċina, fejn huwa maħsub li oriġinat l-imxija tal-coronavirus.

Indiċi

L-ishma Ewropej tbaxxew llum hekk kif l-investituri irritornaw mill-waqfa ta’ Jum il-Ħaddiem quddiem inkwiet ġdid bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina dwar il-coronavirus li wassal għal telf kbir fis-setturi ċikliċi.

L-ishma fl-Istati Uniti kienu resqin lejn tnaqqis wkoll minħabba l-inkwiet bejn l-Istati  Uniti u ċ-Ċina li ħżien illum, waqt li l-ammissjoni mill-biljunarju Warren Buffett li biegħ l-ishma fil-kumpaniji tal-ajru, laqtu ħażin ishma ta’ bosta linji tal-ajru Amerikani.

Shares

Is-suq lokali, kien fil-parti l-kbira negattiv bil-movimenti ewlenin kienu fin-negattiv. Il-Medserv tilfu 7.87%, l-International Hotel Investments tbaxxew bi 3.33%, GO  bi 2.70%, il-Malta International Airport b’0.98% u l-Bank of Valletta b’0.95%. Il-Lombard Bank Malta kien l-uniku sehem f’territorju pożittiv b’5%.

Bonds

Fil-bonds lokali, il-Hili Finance Company 2028 tilfu 3.68%, il- Mercury Projects Finance  2031 tbaxxew b’1.84%, l-International Hotel Investments  2021 b’1% u l-Bank of Valletta  2030 bi kważi 1%.

F’territorju pożittiv kien hemm l-International Hotel Investments 2024 u l-Merkanti Holding 2026 li żdiedu b’1% u d-5% Dizz Finance  2026 was kienu l-aħjar bi 3.16%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt waqgħu llum minħabba tħassib li l-provvista żejda taż-żejt ser tippersisti anke wara li jgħaddu l-lockdowns tal-coronavirus u fost mewġa ġdida ta’ tensjoni bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina dwar l-oriġini tal-virus. Madankollu, wara nofsinhar, il-Brent irkupra xi ftit mit-telf u kellu żieda ta’ 0.11%.

Il-prezzijiet tad-deheb żdiedu minħabba theddida tal-President Trump li jimponi tariffi fuq iċ-Ċina dwar il-kriżi tal-coronavirus li tappnet l-ottimiżmu dwar l-ekonomiji li qed  jillaxkaw il-lockdowns. Dan wassal biex l-investituri jwarrbu assi aktar riskjużi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro llum laħaq l-ogħla rat fi 11-il ġimgħa hekk kif tilef id-dollaru, bl-investituri jżommu t-tamiet tagħhom għal rkupru ekonomiku globali. L-investituri qed jittamaw li l-banek ċentrali ser ikomplu jixtru…

Barranin

Muniti L-Isterlina llum telgħet għall-ogħla rata fi tliet ġimgħat kontra d-dollaru wara li r-Renju Unit illaxka l-miżuri tal-lockdown, iżda l-pożizzjoni li l-Isterlina ser titbaxxa hija l-akbar f’aktar minn ħames xhur…

Barranin

Muniti  L-ewro kien sod llum hekk kif l-investituri ddubitaw dwar kemm ser jitwettaq il-pjan tal-Unjoni Ewropew ta’ €750 Biljun biex issostni lill-ekonomija. Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret il-pjan ilbieraħ biex tappoġġa lill-ekonomiji…

Barranin

 L-ewro kien reisaq lejn l-ogħla rata f’xahrejn wara li l-Kummissjoni Ewropea pproponiet pakkett ta’ rkupru ekonomiku li jiswa €1.85 Triljun. L-ewro tħabat mindu waqa’ f’Marzu meta l-investituri marru għad-dollaru. Iżda…

Aktar