Ġurnata negattiva għall-ishma lokali

Muniti

L-ewro reġa kiseb is-saħħa wara li żamm ‘il fuq minn $1.1300 kmieni fis-sessjoni Ewropea u estenda l-irkupru lejn id-$1.1350.

Fl-assenza ta’ katalisti fundamentali, id-dgħufija modesta tad-dollaru tidher li qed tgħin lill-momentum b’saħħti tal-ewro.

Wara t-tnaqqis qawwi tal-bieraħ, id-dħul fuq il-bonds ta’ 10 snin tal-Gvern Amerikan baqa’ l fuq minn 1.6% u dan għamilha dffiċli għad-dollaru li jkollu domanda.

Minbarra dan ċaqliqa pożittiva fis-sentiment tas-suq ma ppermettietx lid-dollaru li jegħleb lir-rivali sensittivi għar-riskju, bħall-ewro.

Kmien llum il-membru tal-Bord tal-Bank Ċentrali Ewropew Robert Holzmann argumenta li l-laxkar kwantitattiv intemmu bl-inflazzjoni tibqa għolja għal aktar żmien milli antiċipat.

It-ton qawwi ta’ Holzman jidher li qed jipprovdi xprunar addizzjonali għall-ewro.

Indiċi

L-indiċijiet llum kienu negattivi.

It-telf ma kienx kbir u kien bejn iż-0.08 għall-indiċi Franċiż u ż-0.24 għall-iStoxx 50.

L-indiċi lokali tilef l-aktar, kważi 1.5%, minħabba ġurnata negattiva.

Ishma

L-ishma lokali llum kienu negattivi.

Il-Lombard kienu negozjati bla moviment.

Il-Malta International Airport tilfu 0.83% waqt li l-ishma tal-Bank of Valletta u tal-Harvest Technology tilfu aktar minn 2% kull wieħed.

Il-Malta Property Company u l-International Hiotel Investments tilfu 7% u kwazi 10% risperttivament.

Bonds

Il-bonds lokali kienu mħallta.

Il-GO u l-International Hotel Investments żdiedu kważi 1% waqt li dawk tal-Virtu Ferries avvanzaw 0.23%.

Il-Corinthia Finance u l-Phoenicia Finance tilfu 1%.

Prodotti essenzjali

Il-fidda ma komplietx biż-żieda tal-jum ta’ qabel u kellha ċaqliq bejn ftit żieda u ftit tnaqqis qabel is-sessjoni Nord Amerikana.

Il-fidda kienet qed tiġi negozjata bla moviment, ftit ogħla mil-livelli ta’ $235 kull uqija.