Ġurnata diffiċli għall-prezz tad-deheb

Muniti

L-ewro tbaxxa għal $1.1199 matul is-sessjoni ta’ filgħodu fl-Ewropa hekk kif l-munita Amerikana żammet is-saħħa tagħha qabel ma toħroġ statistika Amerikan waqt li l-munita unika ntlaqtet minnn dejta ħażina lokali.

Il-Ġermanja ppubblikat l-istħarriġ mill-IFO għal Novembru li wera li l-klima tan-negozju tbaxxiet għal 96.5 u b’hekk tbaxxiet għall-ħames xahar konsekuttiv.

L-aspettattivi tbaxxew għal 94.2 waqt li l-valutazzjoni tas-sitwazzjoni preżenti ċkienet għal 99. Fl-istess ħin is-swieq qed jitkellmu dwar lockdown totali fil-pajjiż waqt li studji tal-Gvern itennu vaċċin mandatorju kontra l-Covid.

L-ewro tilef aktar wara li l-Istati Uniti ħarġu diversi rapport. L-ordnijiet għall-oġġetti durabbli matul Ottubru tbaxxew b’5% minn xahar għal xahar, ferm aktar milli maħsub, waqt li iċ-ċifra inizjali tal-qgħad għal ġimgħa li għaddiet tjiebet għal 199,000, l-aħjar minn meta bdiet il-pandemija.

Il-Prodott Domestiku Gross kien rivedut ‘il fuq għal 2.1% fit-tielet kwart tas-sena ftit inqas mit-2.2% mistennija. Finalment il-bilanċ kummerċjali wera deficit ta’ $82.9 biljun f’Ottubru skont estmi preliminary.

Indiċi

L-Ewropa kompliet tbati mill-ġdid minn tħassib dwar il-Covid u l-lockdown kabbar il-probabbiltà bl-indiċijiet tal-Ġermanja u ta’ Franza jitilfu qrib il-1%.

Kollox ma’ kollox il-ġurnata kienet negattiva bil-Ġappun jagħlaq negattiv b’aktar minn 1% u d-Dow Jones jitlefg 0.4%. Żieda modesta ntweriet fil-FTSE 100, 0.1%.

Ishma

In-negozju fl-ishma lokali llum kien ġeneralment newtrali.

Il-Bank of Valletta żdiedu bi 2.35%.

F’territorju negattiv il-GO u l-RS2 Software tilfu aktar minn 1% waqt li l-Maltapost tbaxxew b’aktar minn 2%.

L-ishma tal-Plaza Centres tilfu aktar minn 3%.

Bonds

In-negozju fil-bonds lokali kien baxx. Il-GO żdied 0.4% waqt li l-SD Finance tilfu 1.5%.

Għalkemm il-bonds ta’ Hili jikkwalifikaw għal bidla fil-prezz, il-bidla kienet negliġibbli.

Prodotti essenzjali

Il-prezz tad-deheb tħabat biex jikkapitalizza fuq iż-żidiet modesti tal-jum u kien madwar $1,800.

Il-prezz tbaxxa lejn l-$1,786 u $1,785 matul is-sessjoni Ewropea b’investituri jixtru bil-għan li jiksbu profit.

Id-dollaru finalment ħareġ mill-firxa konsolidata ta’ negozju u laħqet l-ogħla rata f’16-il xahar. U dan għamel pressjoni fuq id-deheb li huwa denominat bid-dollaru.

Il-prezz spot tad-deheb kien inqas miż-żona ewlenija ta’ appoġġ qrib l-$1,790 u b’hekk tilef 0.45%. Dan wara t-telf ta’ 2.2% ta’ nhar it-Tnejn biex tilef $60 din il-ġimgħa.

Dan it-tagħrif kien miġbur mill-BNF Bank.