Ħafna għadhom maqbuda f’morsa ta’ faqar

geece

Rapport miċ-Centro Einaudi tal-Italja juri li 68 fil-mija tal-Griegi, 40 fil-mija tat-Taljani, 15 fil-mija tal-Ġermaniżi u 10 fil-mija tal-Awstrijaċi jaqilgħuha u jiekluha. F’ħafna pajjiżi, medja ta’ 30 fil-mija għadhom ma jistgħux jippjanaw il-ġejjieni tagħhom ħlief għas-sitt xhur li ġejjin.

Sadanittant, rapport ta’ PriceWaterhouseCoopers juri li l-Ingliżi din is-sena komplew jgħoddsu fid-dejn mhux relatat max-xiri tal-proprjetà.

Ir-rapport jgħid li fl-aħħar sena, dan id-dejn tela’ bi £8.5 biljun (€10.2 biljun) jew erbgħa fil-mija għal £216 biljun (€258.7 biljun). Dan ifisser li minn ras għal ras, kull residenza fir-Renju Unit għandha dejn ta’£8,159 (€10,205).

a

Il-fatt li d-dejn sploda hekk kien minabba d-dejn li jagħmlu l-istudenti biex jistudjaw. Għall-ewwel darba deher l-impatt tad-deċiżjoni li l-Gvern Ingliż ħa tliet snin ilu meta ittrippla il-miżata biex jistudjaw fl-università għal £9,000 (€10,800) fis-sema.

Huma kważi 9,000,000 persuna fir-Renju Unit li huma mgħobbija bid-dejn. Il-Money Advice Service (MAS) tgħid li l-problema hija akuta  f’ħames bliet Ingliżi fejn aktar minn 40 fil-mija tal-popolazzjoni qed isibuha diffiċli jħasslu dak li għandhom jagħtu. Dawn huma Hull (43.1 fil-mija), Nottingham (41.2), Manchester (41.1), Knowsley (40.7) u Liverpool (40.6).

Skont l-istħarriġ, 18 fil-mija tal-Inglizi jew 8,800,000 persuna jikkunsidraw li għandhom kwistjonijiet finanzjarji serji; 74 fil-mija mimmhom m’huma kuntenti xejn. Iżda ftit huma dawk li jitolbu parir kif jistgħu itejbu l-qagħda tagħhom.