Lokali
Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum

Din hi ħarsa ħafifa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum it-Tlieta 24 ta’ Marzu 2020.

L-Orizzont

Fl-ewwel paġna tal-ġurnal l-Orizzont nsibu storja li tgħid li l-għajnuna tal-Gvern lill-intrapriżi se tiżdied. Il-gazzetta tirrapporta li wara dak li ġie żvelat mill-Gazzetta l-Gvern tard ilbieraħ filgħaxija laqqa’ l-kabinett u fih iddiskuta l-miżura l-ġodda li kien se jdaħħal bħala għajnuna lin-negozji biex ma jintilfux l-impjiegi. Skont il-gazzetta din l-għajnuna se tkun possibbli wara li l-Kummissjoni Ewropea ssospendiet il-Patt ta’ Stabbilta’ u għalhekk il-Gvernijiet jistgħu jgħinu aktar. Rapport ieħor fil-faċċata tal-Orizzont jgħid li s-Supretedent tas-Saħħa Pubblika il-Professur Charmaine Gauci tgħid li l-persuni bbil-coronavirus jitilgħu għal 107 b’każ minn kull ħamsa trażmissjoni lokali. Ir-rapport jikkwota lil Professur Gauci tgħid li għadu kmieni biex Malta tesperjenza l-peak tal-każijiet. Fl-ewwel paġna tal-Orizzont insibu silta minn intervista ma’ omm ta’ dixxendenza Maltija li sfat infettata mill-covid-19. Fl-intervista l-omm tappella biex in-nies joqgħodu ġewwa u tistqarr li kienet fost dawk li ħalfet li l-virus ma kienx se jattakka lilha.

The Malta Independent

Rapport fl-ewwel paġna tal-ġurnal The Malta Independent jagħti ħarsa lejn is-sitwazzjoni preżenti tal-coronavirus f’Malta. Jirrapporta li l-bieraħ Malta rreġistrat 17 il-każ ġdid ta’ coronavirus biex issa t-total ta’ infettati f’Malta tela’ għal 107. Ir-rapport jgħid li min dawn tnejn diġà fiequ filwaqt li l-kumplament jinstabu f’stat ta’ saħħa tajba u fost dawn hemm anzjan ta’ 61 sena li qed jinżamm fit-taqsima tal-kura intensiva fl-Isp tar Mater Dei. Rapport ieħor fil-faċċata tal-ġurnal jitkellem dwar miżuri li ħadu l-banek ewlenin f’Malta fid-dawl tal-impatt ekonomiku tal-coronavirus. Ir-rapport jgħid li l-Bank of Valletta, l-HSBC u Lombard Bank ħabbru li se jkunu qed joffru moratorju lill-klijenti li għandhom self mal-bank fosthom self għax xiri ta’ proprjetà.

In-Nazzjon

Fil-faċċata tal-ġurnal in-Nazzjon storja dwar id-diskors li għamel ilbieraħ il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li fih appella li għal pakkett ta’ għajnuna finanzjarja speċifiku għall-Għawdex. Rapport ieħor fl-ewwel paġna tal-ġurnal jitkellem dwar il-każi ta’ coronavirus f’Malta. Jgħid li l-każijiet importanti bdew jonqsu waqt li bdew jiżdiedu dawk trażmessi lokalment bit-total tal-każijiet f’Malta issa jitla’ għal 107. Storja oħra fil-faċċata tgħid li ġie pospost il-vjaġġ appostoliku li l-Papa Franġisku kellu jagħmel fil-gżejjer Maltin f’Mejju li ġej.

The Times of Malta

Fl-ewwel paġna tal-ġurnal The Times of Malta insibu storja li tgħid li l-każi ta’ coronavirus f’Malta telgħu għal 107 wara li l-bieraħ f’konferenza stampa s-Supretedent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci kkonfermat 17 il-każ ġdid ta’ covid-19 f’Malta. Ir-rapport jgħid li l-awtoritajiet tas-saħħa qiegħdin mill-ġdid jappellaw lil pubbliku biex joqgħodu ġewwa u fejn possibbli jevitaw il-kuntatt ma nies oħra. Ir-rapport jgħid li l-awtoritajiet tas-saħħa qiegħdin kontinwament jagħmlu l-contact tracing għal pazjenti li kienu f’riskju li jiġu infettati. Storja oħra fil-faċċata tal-ġurnal tgħid li raġel ta’ 37 sena li huwa s-suspettat ewlieni fil-qtil ta’ Victor Mc Keon ta’ 62 sena ġie arrestat fil-Marokk. Ir-rapport jgħid li s-suspettat huwa Libjan u kien jgħix fl-istess appartament mal-vittma, bil-Pulizija tgħid li mill-investigazzjonijiet sabet li dan kien ħarab lejn il-Marokk. Huwa nqabad mill-awtoritajiet Marokkini fl-ajruport ta’ Casablanca, filwaqt li bdew il-proċeduri biex huwa jiġi estradit lejn Malta.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra grupp ta’ muniti wara li dejta wriet żieda bla preċedent fl-Amerikani li marru jirreġistraw għal benefiċju tal-qgħad, hekk negozji madwar il-pajjiż qed jagħluq…

Barranin

Muniti Id-dollaru żdied illum hekk kif kumpaniji u investituri fittxew l-aktar munita likwida, hekk kif it-tħassib dwar ħsara ekonomika kompla jbaxxi s-sentiment ta’ riskju. L-isterlina tbaxxiet għall-inqas livell kontra d-dollaru…

Barranin

Muniti It-tħabbira ta’ aktar miżuri ta’ illaxkar monetarju mill-Federal Reserve serviet biex tkabbar l-ansjetà ta’ xi investituri dwar kemm effettivament dawk li jfasslu l-politika ser ikunu kapaċi biex inaqqsu l-ħsara…

Lokali

Muniti Il-yen Ġappuniż u l-Frank Żvizzeru llum żdiedu, hekk kif tbaxxa s-sentiment ta’ riskju, wara li tnaqqis ta’ 30% fil-prezzijiet taż-żejt u swieq finanzjarji li tbaxxew, ippanikjaw lill-investituri u l-prezzijiet…

Aktar