HSBC Malta jikseb it-titlu Bank tas-Sena għall-2017 minn ‘The Banker’ għat-tieni sena konsekuttiva

Għat-tieni sena konsekuttiva, il-Bank HSBC Malta rebaħ t-titlu ta’ Bank tas-Sena f’Malta għall-2017 li jingħata mill-pubblikazzjoni prestiġjuża ‘The Banker’ tal-Financial Times. L-unur jirrikonoxxi l-progress sinifikanti li HSBC qed jagħmel biex jippożizzjona n-negozju tiegħu bil-għan li jirnexxi f’ambjent ta’ tibdil operattiv għall-banek.

Bir-rebħa tar-rikonoxximent bħala l-istituzzjoni finanzjarja ewlenija ta’ Malta, HSBC Malta ngħata l-premju ‘Bracken Award’ li hu meqjus bħala l-‘Oscar’ fid-dinja finanzjarja. L-unur jirrikonoxxi għadd ta’ aspetti fil-kisbiet tal-banek bħalma huma l-qligħ, tkabbir tal-kapital, ritorn fuq ekwità kif ukoll l-applikazzjoni  ta’ standards ġodda u l-adozzjoni ta’ teknoloġiji ġodda u metodi innovattivi ta’ espansjoni tan-negozju. L-unur hu msemmi wara Brendan Bracken li, fl-1926, kien il-fundatur u editur ta’ ‘The Banker. Hu kien ukoll iċ-Chairman tal-Financial Times mill-1945 sal-1958.

L-unur tal-Bank tas-Sena f’Malta ngħata liċ-Chairman ta’ HSBC Malta Sonny Portelli, il-Kap Eżekuttiv Andrew Beane, flimkien ma’ grupp ta’ membri tal-istaff mill-kumpanija waqt l-attività ta’ għoti ta’ premjijiet li saret f’Londra.

Andrew Beane qal: “Dan il-premju hu ta’ ġieħ għall-kollegi tiegħi ta’ HSBC li ħadmu bla heda biex jappoġġjaw lill-klijenti tagħna waqt perjodu ta’ bidla fin-negozju tagħna. Fid-dinja tal-lum, il-profitabiltà għandha tkun appoġġjata minn livell għoli ta’ standards ta’ konformità u ġestjoni tar-riskju. Filwaqt li l-implimentazzjoni ta’ dawn l-istandards il-ġodda jistgħu jkunu ta’  sfida, inħossni kburi li l-kisbiet tagħna f’dan u f’oqsma oħra kienu rikonoxxuti bħala miżuri li huma fuq quddiemnett tal-industrija f’Malta. Nirringrazzja lill-klijenti u lill-azzjonisti tagħna għall-appoġġ tagħhom, u nittama li dan il-premju isaħħaħ il-fiduċja biex ikomplu jużaw u jinvestu ma’ u f’HSBC Malta.”

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Din il-ġimgħa Id-dollaru tbaxxa lejn l-inqas livell fi tliet snin kontra basket ta’ muniti, u riesaq lejn l-akbar tnaqqis f’ġimgħa f’sentejn, hekk kif fatturi moderati jibbilanċjaw l-appoġġ li l-munita Amerikana…

Barranin

Id-dollaru llum waqa’ sew, u tbaxxa għall-inqas rata fi 15-il xahar kontra l-yen, hekk kif is-sentiment negattiv madwar id-dollaru kien akbar miż-żieda  fid-dħul tal-bonds tat-Teżor Amerikan għal 10 snin. Dan…

Barranin

Id-Dollaru tbaxxa għall-inqas rata fi 15-il xahar kontra l-yen għar-raba’ jum infila bl-investituri nervużi qabel ma joħorġu aktar tard iċ-ċifri dwar l-inflazzjoni fl-Istati Uniti fost irkupru fraġli fis-swieq finanzjarji. Id-dollaru,…

Barranin

Il-Yen Ġappuniż żdied għall-ogħla rata f’ħames xhur wara bejgħ qawwi tad-dollaru u spekulazzjoni li l-Bank of Japan dalwaqt jibda jnaqqas il-livell rekord tal-istimulu monetarju. Il-yen żdied b’1.5% kontra d-dollaru dan…

Aktar