Lokali
HSBC Malta jingħaqad mal-kampanja globali ta’ ġbir ta’ ġugarelli biex inissel tbissima

HSBC Malta qed jistieden lill-pubbliku biex jingħaqad mal-impjegati u l-familji tagħhom f’kampanja ta’ ġbir ta’ ġugarelli bil-għan li jinfirex ftit ferħ fost it-tfal li jinsabu f’ċirkostanzi inqas ixxurtjati matul l-istaġun festiv. HSBC Malta qed jingħaqad ma’ 18-il pajjiż ieħor madwar in-netwerk tal-bank għal din l-inizjattiva li ilha ssir fuq bażi regolari sa mill-2007. Is-sena l-oħra nġabru u tqassmu 18,166 ġugarell

Attivitajiet madwar il-pajjiżi parteċipanti tal-HSBC tnedew fl-20 ta’ Novembru biex jiċċelebraw il-Jum Universali tat-Tfal tan-Nazzjonijiet Uniti. Kull sena, din id-data tippromwovi l-għaqda internazzjonali, u ttejjeb il-benesseri tat-tfal. Kien ukoll propju f’din il-ġurnata fl-1989 meta l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti addottat il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal.

F’Malta, il-Bank iddeċieda li jagħti l-ġugarelli lill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, li tinkorpora fiha Aġenzija Appoġġ, Aġenzija Sedqa, u LEAP, kif ukoll l-Angel Three Club.

Il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali tikkoordina l-proġett Children’s Dream għal tfal li l-familji tagħhom jiffaċċjaw għadd ta’ diffikultajiet soċjali, filwaqt li l-Angel Three Club jappoġġja tfal u qraba ta’ priġunieri, ex-ħabsin, u vittmi ta’ kriminalità.

Il-ġugarelli jistgħu jitħallew fiż-żona tal-klijenti fil-fergħat kollha ta’ HSBC kif ukoll fl-Uffiċċju Ewlieni ta’ HSBC f’Ħal Qormi u l-Uffiċju Ewlieni tal-HSBC fil-belt Valletta matul il-ħinijiet normali tal-ftuħ sat-12 ta’ Diċembru. Għal raġunijiet ta’ saħħa, il-pubbliku hu mitlub li jagħti biss ġugarelli ġodda. Għal raġunijiet ta’ sigurtà dawn m’għandhomx ikunu mgeżwra.

HSBC kien involut f’għadd kbir ta’ proġetti għall-komunità tul l-istorja tiegħu ta’ 150 sena. L-għajnuna għaż-żgħażagħ biex jilħqu l-potenzjal tagħhom hi l-għan ewlieni tal-Programm Future Skills tal-Grupp. Fl-2016, il-Grupp ta għotja ta’ $137 miljun bħala parti mill-programmi tal-komunitajiet sostenibbli tiegħu, filwaqt li l-impjegati taw aktar minn 255,000 siegħa ta’ volontarjat matul il-ħinijiet tax-xogħol u aktar minn 439,000 siegħa mill-ħin privat tagħhom.

F’Malta, il-Fondazzjoni HSBC Malta tmexxi għadd ta’ programmi ffokati biex jgħinu lil tfal f’diffikultà.

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro Id-dollaru Amerikan daħal f’firxa dejqa illum wara iż-żidiet qawwija ta’ dan l-aħħar hekk kif il-Federal Reserve qed iħejji għal-laqgħa ta’ jumejn li fiha huwa mistenni li jżid…

Lokali

BNF Bank plc iħabbar li ħatar lil Adrian Coppini bħala Chief Operating Officer u lil Maruska Buttiġieġ Gili bħala Chief Risk Officer tal-Bank. Is-Sur Coppini kien ingħaqad ma’ BNF Bank…

Barranin, Lokali

Muniti kontra l-ewro Id-dollaru llum tbaxxa kontra l-yen wara li l-Pulizija ta’ New York qalu li rċevew rapporti ta’ splużjoni f’nofs Manhattan. L-isterlina ssodat wara li nhar il-Ġimgħa kellha l-akbar…

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro Id-dollaru tbaxxa kontra l-yen f’ġurnata kwieta għas-swieq illum, bis-sentiment għar-riskju mnaqqas minħabba li tħassib dwar il-possibilità tal-għeluq tad-dipartiment tal-Gvern Amerikan warrab l-ottimiżmu dwar il-progress fuq il-leġiżlazzjoni fiskali….

Aktar