Lokali
HSBC Malta jwassal il-ferħ tal-Milied lill-klijenti billi jħallsilhom ix-xirjiet

Il-kant ta’ Burl Ives “Holly, Jolly Christmas” f’The Point shopping mall serva ta’ sfond għall-qanpiena familjari ta’ Santa Klaws li ssorprenda lill-klijenti ta’ HSBC meta offra biex iħallsilhom ix-xirja tagħhom.

Il-klijenti kellhom sorpriża sabiħa meta minflok awtorizzaw il-pagament permezz tal-HSBC kard tagħhom, il-kaxxiera sejħu lil Santa Klaws li, wara ħafna tgħannieq u bews, ħallas il-kont tagħhom hu minflok il-klijenti ta’ HSBC.

Id-daħk u d-divertiment kienu ffilmjati fuq vidjow li qed jittella’ fuq is-sit ta’ HSBC Malta kif ukoll fuq il-paġna popolari tagħhom facebook.com/HSBCMalta u HSBC Malta YouTube channel.

Il-vidjow jiftaħ b’attur qed jilbes ta’ Santa Klaws filwaqt li għadd ta’ kameras differenti kienu installati fil-ħwienet f’The Point. Meta jkunu se jħallsu, il-klijenti jidhru qed joħroġu l-kards tagħhom filwaqt li l-kaxxiera jirrifjutaw milli jaċċettaw il-pagament u minflok isejħu lil Santa Klaws. Il-kljenti jidhru jesprimu l-ferħ tagħhom bi frażijiet bħal “tal-ġenn x’ferħa din!” u “sorpriżi u kuntenti, grazzi ħafna HSBC”.

Il-vidjow ta’ żmien il-Milied issa qed issir tradizzjoni annwali ta’ HSBC, fejn fih jiġbor l-elementi ta’ servizzi bankarji tradizzjonali, involviment mal-komunità u midja ġdida. Is-sena l-oħra, il-vidjow li wera tliet xerrejja tal-ewwel dar tagħhom b’self mill-bank ikun mgħarfa li l-bank qed jirrinunzja l-ħlas dovut fix-xahar ta’ Diċembru, rawh eluf ta’ nies. HSBC Malta juża inizjattivi bħal dawn biex jawgura l-Milied u s-Sena t-Tajba lill-klijenti tiegħu.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-isterlina waqgħet, l-ishma fl-Ewropa tbaxxew u l-prezzijiet bil-quddiem għall-ishma fl-Istati Uniti tilfu ż–żidiet li kellhom, hekk kif sensiela ta’ ministri Ingliżi rriżenjaw bi protesta għal ftehim tal-Prim Ministru Theresa…

Barranin

Muniti Il-muniti Ewropej tbaxxew hekk kif sinjali li t-tkabbir qed jidgħajjef jitfgħu dubju dwar l-abbiltà li l-banek ċentrali fir-reġjun jirtiraw mill-istimulu straordinarju. L-ewro tbaxxa għall-inqas rata f’xahrejn taħt $1.14, jum…

Barranin

Muniti Tħassib dwar il-pjani tal-baġit tal-Italja, evidenti minn żieda fid-dħul tal-bonds, kien wieħed mill-fatturi ewlenin li eżerċita pressjoni ‘l isfel fuq l-ewro. Jidher li l-investituri studjaw sewwa l-aħħar ottimiżmu mill-aġenzija…

Lokali

Biex tiċċelebra l-għaxar edizzjoni tal-kompetizzjoni Bols Around World Lucas Bols qed tistieden lit-timijiet li jaħdmu fil-bars biex jipparteċipaw fl-edizzjoni tal-2019. Għaliex, fl-aħħar mill-aħħar, wara l-cocktails eċċellenti dejjem issib tim sħiħ…

Aktar