Barranin
Iċ-Ċina qalet li se tirritalja jekk l-Istati Uniti tgħolli t-tariffi fuq l-esportazzjoni Ċiniża

Id-Dollaru ssoda kontra basket ta’ muniti, bis-swieq milquta sewwa minn tħassib dwar it-tensjonijiet kummerċjali li dejjem qed jikbru bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

Iċ-Ċina lbieraħ qalet li ser tirritalja jekk l-Istati Uniti twettaq it-tħeddida li tgħolli t-tariffi fuq l-esportazzjoni Ċiniża, wara li l-President Trump ordna lill-uffiċjali kummerċjali tiegħu li jistudjaw dwar żieda għal 25% minn 10% fuq $200 Biljun ta’ esportazzjoni Ċiniża fl-Istati Uniti. Iżda, ladarba l-Istati Uniti timporta ferm aktar miċ-Ċina, milli din timporta mill-Istati Uniti, l-investituri  qed jaraw li dil-gwerra kummerċjali ser tagħmel ħsara l-aktar lill-ekonomija Ċiniża.

L-Ewro żdied b’0.03% kontra d-Dollaru fin-negozju bikri għal $1.1586; 0.07% kontra l-Isterlina; 0.04% kontra l-Yen u 0.07% kontra l-Frank Żvizzeru.

 L-indiċijiet fl-Ewropa kollha fetħu f’territorju pożittiv. Il-FTSE 100 żdied b’0.42%; l-iSTOXX 50 b’0.24%; id-DAX b’0.27% u l-CAC 40 b’0.31%.

Il-prezzijiet taż-żejt kienu stabbli, mgħejjuna mill-investituri li tefgħu flushom fis-swieq tax-xiri bil-quddiem f’antiċipazzjoni li jkun hemm tnaqqis fil-ħażna taż-żejt mhux maħdum Amerikan, iżda nżammew lura minn aktar investiment minħabba l-prospetti ta’ żieda fil-provvisti globali. Il-Brent wera tnaqqis ta’ 0.16% għal $73.27 kull barmil waqt li l-U.S. Light Crude tilef 0.25% għal $68.79.

Il-prezzijiet tad-deheb ukoll żammew sodi qrib l-inqas livell f’sena fost Dollaru Amerikan reżiljenti u kienu resqin lejn ir-raba’ ġimgħa in fila ta’ tnaqqis. Id-deheb tbaxxa b’0.13% waqt li l-fidda tbaxxiet b’0.63%.

Matul il-ġimgħa d-dieħla l-istatistika tinkludi r-rata ta’ interessi tal-Awstralja fis-7 ta’ Awissu; id-dejta dwar l-inflazzjoni fl-Istati Uniti fil-10 t’Awwissu u l-Prodott Domestiku Gross tar-Renju Unit u tal-Ġappun ukoll fl-10 u fid-9 tax-xahar rispettivament. Ir-rata tal-qgħad fil-Kanada toħroġ fil-10 t’Awwissu.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan qed jieħu ftit tan-nifs wara li laħaq l-ogħla livell għall-2018 fil-bidu ta’ din il-ġimgħa. Madankollu, ir-raġuni għal pawża mhijiex minħabba l-politika dwar l-ekonomija Amerikana, il-politika tal-Federal Reserve…

Barranin

Id-Dollaru żdied wara li laħaq l-ogħla livell f’sena fost dgħufija fl-Ewro u l-Isterlina, hekk kif in-negozjati dwar Brexit huma weqfin u t-tħassib dwar it-tkabbir ekonomiku qajjem aktar dibattitu dwar il-projezzjonijiet…

Barranin

Id-Dollaru qed ikun negozjat biex jirkupra xi ftit fis-sessjoni Ewropea hekk kif is-swieq kienu qed jistennew id-deċiżjoni dwar ir-rata tal-interessi mill-Federal Reserve aktar tard. Illum kien id-Dollaru Awstraljan l-aktar b’saħħtu…

Barranin

Muniti Id-dollaru ddgħajjef wara li l-elezzjonijiet ta’ nofs il-leġiżlatura qasmu lill-Kungress u tappnu l-aspettativi għal stimulu fiskali addizzjonali, waqt li l-yen iddgħajjef kontra l-parti l-kbira tal-muniti rivali hekk kif żdied…

Aktar