Barranin
Iċ-Ċina tidher li ser tnaqqas it-tariffi fuq karozzi manifatturati fl-Istati Uniti

Muniti

Id-dollaru kien aktar baxx kontra l-parti l-kbira tal-muniti tal-Grupp tal-10 hekk kif il-Yen u l-Frank Żvizzeru avvanzaw minħabba tħassib dwar il-kummerċ, waqt li l-Isterlina ssaħħet għax l-investituri biegħu l-munita investita għal żmien qasir. L-Isterlina kellha wkoll appoġġ mill-istatistika dwar l-impjiegi, hekk kif il-Prim Ministru Theresa May marret l-Olanda, il-Ġermanja u l-Unjoni Ewropea għal taħditiet dwar il-Brexit. L-ewro tilef kontra l-muniti ewlenin kollha iżda tilef l-aktar kontra d-Dollaru Awstraljan.

Indiċi

L-ishma fl-Istati Uniti rkupraw mal-ishma Ewropej minħabba l-ottimiżmu dwar il-prospetti ta’ suċċess fit-taħditiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina. L-ishma tal-kumpaniji tat-teknoloġija u tal-karozzi kienu fuq quddiem fiż-żieda wara li ċ-Ċina tidher li ser tnaqqas it-tariffi fuq karozzi manifatturati fl-Istati Uniti.

L-ishma Amerikani ħadu daqqa ta’ ħarta fil-ġimgħat riċenti hekk kif l-investituri fittxew ħjiel mit-tweets tal-President Trump dwar il-prospetti tat-taħditiet kummerċjali u ppruvaw jiddeċiedu dwar jekk bejgħ qawwi tal-ishma setax iġiegħel ill-Federal Reserve li ma jżidx ir-rati tal-interessi u jevalwa l-istatistika ekonomika li wriet li l-ekonomija aktarx tnaqqas mir-ritmu. L-indiċi Malti kien kontra x-xejra bi tnaqqis waqt li l-indiċi ewlenin kollha żdiedu.

L-ishma lokali llum kienu f’territorju negattiv b’telf li jvarja minn 0.62% sa 2.25%.. Il-MaltaPost kellhom l-inqas telf, 0.62% bil-Bank of Valletta u l-Malta International Airlines jitilfu wkoll inqas minn 1%. It-Trident Estates u l-Malita Investments tilefu 1.33 u 2.25% rispettivament.

Bonds Lokali

Is-sitwazzjoni fis-settur tal-bonds lokali kienet imħallta iżda mxaqilba l-aktar lejn territorju pożittiv bl-AX Investments, Dizz Finance u Gasan Finance jirreġistraw żidiet qawwija waqt li l-International Hotel Investments u l-Van de Heyden Group Finance rreġistraw żieda negliġibbli. Il-Grand Harbour Marina u l-Premier Capital tilfu 0.34% u 1.4% rispettivament.

Il-prezz taż-żejt żdied wara ottimiżmu li l-qtugħ fil-produzzjoni mħabbar mill-OPEC ser jibbilanċja mill-ġdid is-suq, waqt li l-ikbar bir taż-żejt fil-Libja baqa’ magħluq u assi riskjużi globalment urew irkupru.

Il-prezz tad-deheb avvanza u riesaq lejn il-medja ta’ 200 jum b’żieda fl-investiment minn fondi kkwotati fuq il-boroż waqt li l-bejgħ ta’ xiri għal żmien qasir indikaw entużjażmu ġdid lejn id-deheb.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Ewro laħaq l-ogħla rata fi tliet xhur ta’ $1.1412, wara li kien żdied 2% mill-inqas rata f’ġimagħtejn ta’ $1.1181 ġimgħa ilu. L-aħħar li kien jiswa kien $1.1382. Id-dgħufija tad-Dollaru…

Barranin

Id-Dollaru tħabat illum biex jirpilja u kien riesaq lejn ġimgħa telf kontra muniti ewlenin oħra wara li l-Federal Reserve ngħaqad ma’ banek ċentrali oħra bi pjani sabiex ibaxxi r-rati tal-interessi…

Barranin

Muniti Id-Dollaru llum tilef kontra l-muniti rivali tiegħu u jinsab riesaq lejn l-akbar waqgħa f’jumejn f’sena wara li l-bank ċentrali wera li lest li jnaqqas ir-rati tal-interess anke sax-xahar id-dieħel….

Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet illum hekk kif qed jikber it-tħassib dwar l-elezzjoni għat-tmexxija tal-Partit Konservattiv li tista’ twassal għall-ħruġ diżordinat mill-Unjoni Ewropea. Boris Johnson, li jinsab quddiem nett biex jilħaq flok…

Aktar