Iċ-Ċina u l-Istati Uniti b’taħditiet bil-għan li jtemmu t-tilwima kummerċjali

Uffiċjali għolja Ċiniżi u mill-Istati Uniti jinsabu maqbudin f’taħditiet dwar id-dettalji ta’ sett ta’ ftehimiet bil-għan li jtemmu t-tilwima kummerċjali bejniethom, ġimgħa biss qabel mal-Gvern Amerikan jimponi tariffi ogħla.

Jekk iż-żewġ nahat ma jilħqux ftehim sal-1 ta Marzu, it-tariffi mill-Istati Uniti fuq $200 Biljun ta’ importazzjoni Ċiniża mistennija li jiżdiedu għal 25% minn 10%. Tariffi bi tpattijiet bejn iż-żewġ pajjiżi fixklu l-kummerċ internazzjoni u l-ekonomija globali naqqset mir-ritmu minn meta t-tilwima bdiet seba’ xhur ilu.

Dħul akbar mill-bonds Amerikani sostnew id-Dollaru llum, waqt li dak Awstraljan issoda wara l-waqgħa riċenti wara kummenti tajbin mill-bank ċentrali dwar il-projbizzjoni Ċiniża dwar l-importazzjoni ta’ faħam Awstraljan.

Il-prezzijiet taż-żejt llum kienu stabbli, mgħejjuna mill-produzzjoni mnaqqsa mill-OPEC u tamiet li l-Istati Uniti u ċ-Ċina se jtemmu ma jdumux it-tilwima ta’ bejniethom.

Minkejja dan, il-prezzijiet baqgħu taħt l-ogħla tal-2019 ta kmieni din il-ġimgħa hekk kif il-produzzjoni Amerikana laħqet rekord ta’ 12–il miljun barmil kuljum bl-esportazzjoni tiżdied ukoll.

Il-prezzijiet bil-quddiem tal-Brent kienu $67.18 kull barmil. Il-United States West Texas loem $57.15.

Ix-xerrejja qalu li l-prezzijiet żdiedu wara tamiet li l-Istati Uniti u ċ-Ċina jistgħu jirrisolvu t-tilwima qabel l-1 ta’ Marzu.

Il-prezzijiet taż-żejt kienu sostnuti wkoll mit-tnaqqis fil-produzzjoni mill-OPEC li qed inaqqsu 1.2 miljun barmil kuljum.

Goldman Sachs qal li jistenna li l-produzzjoni mill-OPEC mistennija tkun medja ta’ 31.1 miljun barmil kuljum matul l-2019.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru tbaxxa kontra basket ta’ muniti waqt li l-Isterlina żdiedet bi ftit mal-aħbar li l-Prim Ministru Theresa May irnexxielha tikseb ftit taż-żmien ieħor biex tirrisolvi meta u kif r-Renju Unit…

Barranin

Muniti L-Isterlina estendiet it-telf tagħha u s-suq tad-derivattivi wera aktar dgħufija minħabba li qed tikber il-biża’ li jista’ ma jkunx hemm ftehim dwar il-Brexit hekk kif il-membri parlamentari qed iżommu…

L-ewro beda l-ġimgħa tajjeb mgħejjun minn dgħufija fid-dollaru u l-isterlina. Għadd ta’ indikaturi tas-sentiment ekonomiku u statistika dwar diversi setturi ekonomiċi din il-ġimgħa għandhom mnejn juru d-dgħufija preżenti fiż-żona tal-ewro…

Barranin

L-irkupru tal-ewro naqas matul din il-ġmgħa. L-IFO baxxa t-tbassir ta’ tkabbir għall-Ġermanja, 0.6% għal din is-sena, waqt li l-istatistika ekonomika mill-Istati Uniti kienet imħallta u ma tat ebda gwida ta’…

Aktar