Id-deheb ikompli jattira fil-bejgħ

Muniti

Il-par ewro-dollaru kien qed jiġi negozjat fil-livelli familjarji ta’ $1.1620 għal kull ewro, ogħla fil-firxa u ttaffi d-domanda għad-dollaru.

Il-munita Amerikana sparixxat mill-attenzjoni tal-investituri hekk kif id-dħul mill-bonds tal-Gvern baqgħu jirtiraw minn livelli ta’ tħassib.

Id-dħul fuq dawk ta’ 10 snin tbaxxa lejn il-1.58% l-inqas f’ġimagħtejn.

Sadattant l-ishma huma batuti bl-indiċi fl-Ewropa f’territorju negattiv għalkemm mhux bogħod wisq mil-livelli tal-ftuħ.

Aktar milli relatat ma’ riskju, it-tnaqqis fl-ishma huwa aktar relatat ma’ atteġġjament ta’ stennija fost avvenimenti finanzjarji ewlenin mistennija fl-Ewropa u l-Istati Uniti.

Id-data Ewropea tkompli tillimita d-domanda għal munita unika.

Il-Ġermanja ppubblikat l-indiċi GFK dwar il-Konfidenza tal-Konsumatur li tjiebet minn 0.4 għal 0.9, aħjar mill-aspetattivi.

Madankollu l-indiċi tal-prezzijiet ta’ importazzjoni għal Settembru żdied modestament għal 1.3% f’Settembru.

Il-Provvista tal-Flus fl-Unjoni Ewropea għall-istess xahar żdiedet b’7.4% inqas mill-aspetattivi.

L-Istati Uniti ppubblikaw ċ-ċifri tal-Ordnijiet għall-Oġġetti Durabbli għal Settembru li tbaxxew 0.4% minn xahar għal xahar, aħjar minn 1.1% taħt ż-żero li kien imbassar.

L-istima preliminari għal Bilanċ tal-Kummerċ tal-Oġġetti wiret żbilanċ ta’ $96.3 biljun, akbar mid-$89.4 biljun ta’ qabel.

Il-Bank of Canada ħabbar li żamm r-rata ta’ interessi ewlenija f’0.25% wara l-laqgħa dwar il-politika monetarja ta’ Ottubru.

Aktar importanti, il-bank iddeċieda li jtemm ix-xiri ta’ kull ġimgħa ta’ bonds tal-gvern tal-Kanada.

L-istqarrija ta’ politika wriet li l-Bank of Canada ser ikompli jixtri biss bonds biżżejjed biex jissostitwixxi dawk li ser jimmaturaw.

Indiċi

Kien jum negattiv fl-indiċijiet iżda t-tnaqqis ma kienx drammatiku u kien tipiku ta’ jum ta’negozju.

L-agħar li mar kien id-DAX li tilef 0.38% wara nofsinhar.

L-indiċi lokali wkoll tbaxxa.

Ishma

Fl-ishma lokali dawk tal-HSBC Bank żdiedu b’1.25%.

Il-Malta International Airport u l-Malta Properties Company kienu negozjati bla moviment u tbaxxew madwar 1%.

Il-GO tilfu qrib it-3%.

Bonds

L-unika bidla materjali fis-suq tal-bonds lokali kienu osservati f’erba’ bonds.

Il-Go żdiedu 0.87%.

Bi tnaqqis ta’ qrib il-1% kienu l-Phoneicia Finance u l-iStivala Group.

Il-Hili Finance Company 2028 tilfu kważi 2%.

Prodotti essenzjali

Id-deheb kompla juri xi reżiljenza taħt l-medja fuq 150 jum u attira xi xiri qabel il-livell ta’ $1,780 għat-tieni jum infila.

Dan it-tagħrif kien miġbur mill-BNF Bank.