Barranin
Id-deheb ikompli jogħla bit-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina

Muniti

Id-dollaru rkupra xi telf tal-bidu hekk kif l-istatistika ekonomika dgħajfa u t-tħassib dwar jekk l-Istati Uniti u ċ-Ċina humiex ser jilħqu ftehim laqtu ħażin l-appell tad-dollaru bħala munita sigura.

Id-dollaru Kanadiż iddgħajjef għall-inqas rata f’xahar kontra dak Amerikan hekk kif riesaq diskors mill-Gvern tal-Bank of Canada, Stephen Poloz u l-investituri saru aktar nervużi dwar it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku dinji.

L-agħar li mar kien id-dollaru Awstraljan għax statistika fqira dwar l-impjiegi qajmet spekulazzjoni qawwija li r-Reserve Bank of Australia jista’ jċedi għall-pressjoni u jbaxxi r-rati.

Indiċi

L-ishma Amerikani fetħu aktar baxxi hekk kif statistika dgħajfa mill-ekonomija maġġuri u tbassir ikrah minn Cisco reġgħu qajmu tħassib dwar l-ekonomija mondjali.

L-ishma Ewropej tbaxxew fin-negozju bikri, wara li tnaqqis fl-ishma tad-Daimler u tagħrif ekonomiku dgħajjef mill-Asja u mill-Ewropa, ibbilanċjaw xi żidiet wara rapporti pożittivi minn numru żgħir ta’ kumpaniji.

Aktar kmieni statistika wriet li l-produzzjoni mill-Ġermanja żdiedet b’0.1% fit-tielet kwart tas-sena mqabbel mat-tliet xhur preċedenti, u dan kontra l-aspettattiva tal-investituri li l-akbar ekonomija fl-Ewropa kienet dieħla f’riċessjoni.

Minkejja dan, l-istatistika ma kinitx b’saħħitha biżżejjed biex tneħħi l-biża’ dwar it-tkabbir ekonomiku hekk kif il-produzzjoni fiċ-Ċina naqqset ir-ritmu b’mod sinifikattiv aktar milli mistenni u l-ekonomija Ġappuniża kważi waqfet.

Fl-ishma lokali, il-Lombard Bank Malta u l-HSBC Bank Malta kellhom l-akbar żieda, dik ta’ 1.5% segwiti minn Trident u GO b’żidiet aktar modesti ta’ madwar 0.5%. Il-Grand Harbour Marina tilfu 9%, il-MIDI 3% u l-Malita Investments 1.62%.

Ishma

L-Ishma lokali kienu l-aktar f’territorju negattiv hekk kif l-ishma li naqsu fil-prezz kienu aktar minn dawk li żdiedu. Il-Hili Properties 2025 kellhom l-akbar żieda ta’ 0.34%. F’territorju negattiv, il-GAP u l-Mediterranean Investment Holdings tilfu madwar 0.5%, waqt li l-Eden Finance 2027 tilfu kważi 2%.

Il-prezz taż-żejt żdied wara li l-istatistika mill-industrija wriet tnaqqis sorprendenti fil-ħażniet fl-Istati Uniti, waqt li kumment mill-OPEC dwar produzzjoni inqas mill-Istati Uniti taż-żejt shale fl-2020 ta wkoll xi sostenn lill-prezz.

Id-deheb żdied, u estenda ż-żieda għat-tielet sessjoni, hekk kif statistika dgħajfa miċ-Ċina u dubbji dwar it-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina naqqsu d-domanda għal assi aktar riskjużi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta kul nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Tnaqqis ta’ 10% fil-valur tad-dollaru Amerikan minn Marzu xpruna r-ritorn għall-investituri barranin fl-akbar suq tal-bonds tal-gvern…

Barranin

Muniti L-ewro illum kien dgħajjef kontra l-muniti kollha, għalkemm huwa kellu xi żidiet kontra l-muniti Nordiċi. L-isterlina ssaħħet għall-ogħla rata f’ħames xhur kontra d-dollaru u riesqa lejn id-$1.32 wara li…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji miġbura minn BNF Bank: Muniti L-isterlina tbaxxiet u tilfet iż-żidiet bikrin wara li d-dollaru Amerikan żdied kontriha, waqt li l-biża’ tat-tieni mewġa ta’ coronavirus…

Barranin

Insellmilkom din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank Muniti Id-dollaru llum waqa’ għall-inqas rata f’sentejn u riesaq lejn l-agħar tnaqqis f’xahar f’perjodu…

Aktar